Lokali

“Abela reġa’ għażel lill-kbir u lill-barrani u ċaħad lill-Maltin u l-Għawdxin kollha” – Bernard Grech

“Il-Prim Ministru Robert Abela reġa’ għażel lill-kbir u lill-barrani u ċaħad lill-Maltin u l-Għawdxin kollha.”

Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta l-Ħadd filgħodu indirizza attività politika f’San Pawl il-Baħar bit-tema ‘Int Jixraqlek Aħjar’.

Quddiem folla mill-isbaħ, Bernard Grech qal ġimgħa ilu huwa qal lil Robert Abela biex jiftaħ kawża kontra Vitals u Steward biex iġib lura iktar minn 400 miljun ewro misruqa mit-taxxi tal-poplu Malti u Għawdxi.. għaddiet ġimgħa fejn Robert Abela ma qal assolutament xejn.

Huwa qal li din hija kawża li jista’ jiftaħha biss il-Prim Ministru ta’ pajjiżna għax hu għandu r reappreżtanza legali biex jirrappreżenta lill-poplu Malti f’kawża bħal din…. U jekk Abela jagħmel dan… l-Oppożizzjoni se tkun qed tappoġġjah iżda sa issa Robert Abela reġa’ għażel lill-kbir u lill-barrani u ċaħad lill-Maltin u l-Għawdxin ollha.

Bernard Grech qal li nhar il-Ħamis li ġej l-Oppożizzjoni fil-Parlament se tinsisti li jittieħed vot biex tinfetaħ din il-kawża… mozzjoni li se jkun qed iressaq l-Oppozżizjoni mill-ħin tiegħu.

Il-Kap tal-PN saħaq li qed ngħixu f’perjodu fejn il-poplu qed isemma leħnu fejn qed jgħid li m’għadx għandu fiduċja fil-Gvern tal-Lejber.

Il-PN mhux se jħalli lill-Gvern li jattakka lill-ġudikaturi… hekk kif meta jsib dahru mal-ħajt jispiċċa jattakka lill-ħaddieħor. Gvern li qed jinkwieta… li qed jirrealizza li mhux biżżejjed jaħtaf il-PBS u jonqof il-miljuni minn ħalq il-poplu… fejn in-nies qed jindunaw li dan kollu huwa ingann,

Il-PN se jibqa’ jinsisti li ssir injkesta pubblika dwar il-mewt traġika ta’ Jean Paul Sofia. Apparato dan l-Oppożizzjoni se tibqa’ tinsisi li r-rapporti li jsiru jiġu attwati verament… anke bħalma ġara fl-inkjesta dwar il-qtil ta’ Bernice Cassar.

Bernard Grech qal li llum qegħdin fejn qegħdin minħabba għaxar snin ta’ Gvern Laburista. Pajjiż li spiċċa b’servizz tas-saħħa li ta’ kuljum qed imur lura.

Saħaq li l-poter mhux logħba imma huwa għodda nobbli fejn Robert Abela qed jużaha biex jibqa’ l-iktar persuna b’saħħitha.