Rowen Camilleri
SIRENS………………2
STA LUCIA………..1
Sirens: A.Cassar, G. Camilleri, K. Sano, R. Tachikawa, S. Cipriott (D. Zarb 90+1’), A. Borg, J. Walker, A. Vaikainah, R. Correa (S. Seesegnon 89’), I. Kolev, D. Jackson
Sta. Lucia: D. Ciappara, L. Fonseca, T. Rier, N. Pulis, R. Bairam, K.Nwoko, L. Ayad (M. Alba 88’), D. Xuereb (J. Carbone 78’), J. Pisani, Y. Terzi, R. Hehedosh
Imwissija: R. Tachikawa 25’, G. Camilleri 42’, I. Kolev 72’ (S), D. Xuereb 30’, J. Pisani 34’, Y. Terzi 42’ (SL)
Skorjaw: L. Ayad 11’ (SL), K. Sano 45’, 87’ (S)
Referee: Philip Farrugia
Assistenti Referees: Alan Camilleri u Thomas Debono
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Andrea Cassar (Sirens)
BOV Plejer tal-logħba: Ricardo Correa (Sirens)
Sirens kisbu rebħa importanti fil-ġlieda għas-salvazzjoni, meta f’konfront dirett għelbu lil Santa Lucia 2-1 b’doppjetta tal-Ġappuniż Kei Sano. Għal Santa Lucia dan kien ċans mitluf li jilħqu lil Żebbuġ fit-13-il post biex b’hekk jibqgħu fl-14-il post bi 11-il punt.
L-ewwel periklu wasal fis-7 minuta minn Sirens meta kien kross ta’ Jacob Walker li sab lil Ivan Kolev fil-kaxxa, iżda d-daqqa ta’ ras tal-attakkant Bulgaru tmur barra.
Santa Lucia fetħu l-iskor fil-11-il minuta minn azzjoni ta’ korner mogħti minn Terzi, bil-goalkeeper ta’ Sirens Andrea Cassar ma tajjarx bl-aħjar mod possibli u bil-ballun jaqa’ f’saqajn Liam Ayad li b’xutt bix-xellug tefa’ fix-xibka u lis-Saints fil-vantaġġ.
Fil-35 minuta free kick dirett għal Sirens mogħti minn Ricardo Correa jkun imtajjar b’diffikultà minn Ciappara.
Sirens laqtu l-lasta fil-41 minuta permezz ta’ xutt b’saħħtu ta’ Kei Sano li stampa mal-mimduda.
Erba’ minuti wara l-istess plejer kiseb id-draw għal Sirens meta minn free kick ta’ Correa, il-midfielder Gappuniż bir-ras għeleb lil Ciappara.
Fl-aħħar mumenti tal-ewwel taqsima Andrea Cassar ta’ Sirens kellu jwetta żewġ saves konsekuttivi l-ewwel fuq xutt ta’ Kyrian Nwoko imbgħad minn cross-shot ta’ Jurgen Pisani li Cassar kellu jdawwar f’korner. Tmiem l-ewwel taqsima f’parità ta’ 1-1.
Ghaddew inqas minn minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima u Sirens jerġgħu jolqtu l-mimduda permezz ta’ xutt ta’ Ricardo Correa wara azzjoni personali tal-eks plejer ta’ Gżira.
Fid-49 din id-darba jmorru viċin Santa Lucia meta minn kross ta’ Hehedosh kien Terzi li prova xutt-mill-ewwel, bil-goalkeeper Andrea Cassar jilqa’ u jkun mgħejjun ukoll mill-mimduda b’Sirens jeħilsuha ħafif.
Cassar reġa’ kien strumentali għal Sirens meta wara kross ta’ Hehedosh, il-ballun spiċċa f’saqajn l-Ukren Terzi li b’xutt mill-viċin ra lil goalkeeper ta’ Sirens iwettaq save emill-aqwa u jdawwar f’korner.
Sirens marru għal darb’oħra fil-vantaġġ fis-87 minuta. Kien pass fit-tul ta’ Degran Jackson lejn Kei Sano li minn quddiem Ciappara ma żbaljax.
Minuta wara Sirens għoddhom għamluhom tlieta meta Walker għadda lejn Tachikawa li wara li kkontrolla fajjar xutt b’saħħtu iżda l-goalkeeper Ciappara wettaq save mill-isbaħ biex żamm lil Santa Lucia fil-partita.
Madankollu Sirens irnexxielhom iżommu dan il-vantaġġ u kienu huma li ħadu tliet punti importanti li jtellawhom fl-10 post b’25 punt.
