Is-survey li kien ippubblikat illum mill-MaltaToday juri li d-distakk bejn iż-żewġ partiti niżel għal 8,500 vot.
Skont il-Malta Today dan id-distakk jaqa’ fil-margin or error ta’ dan is-survey… xi ħaġa li ilha ma tiġri għal bosta snin.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech żied il-fiduċja b’6% biex issa laħaq is-26.1%… bid-distakk bejn iż-żewġ Kapijiet huwa biss ta’ 8%.
Il-fiduċja fil-Prim Ministru Robert Abela ħadet daqqa kbira hekk kif din niżlet għal 34.3%… l-inqas li qatt kellu. B’dan il-persentaġġ Abela naqqas 11-il punt mill-aħħar stħarriġ li sar fi Frar li għadda.
Dan is-survey sar bejn it-3 u l-10 ta’ Marzu.. ftit jiem biss wara li l-Imħallef Francesco Depasquale ddikjara l-kuntratt ma’ Vitals u Steward bħala wieħed frawdalenti; deċizjoni li kkundannat il-mod kif saru l-affarijiet minn naħa tal-Gvern… kawża li nfetħet mid-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia.
Survey li wera li, li kieku kella ssir elezzjoni ġenerali llum, 30.8% jivvutaw lill-Partit Laburista filwaqt li 28.4% jagħtu l-vot tagħhom lill-Partit Nazzjonalista… b’dawk li ma jivvutaw lill-ebda Partit jammontaw għal 24.8%… u dak li għadhom ma jafux ilaħħqu l-10%.
Għall-ewwel darba wara bosta xhur il-Partit Nazzjonalista reġa’ akkwista l-fiduċja fost iż-żgħażagħ kif ukoll fost in-nisa u fost dawk kollha li għandhom bejn il-51 u l-65 sena. L-istess sitwazzjoni f’Għawdex fejn il-Partit Nazzjonalista igawdi l-fiduċja ta’ 42.5% tal-Għawdxin.
//= $special ?>