“Kieku ma serqux dawk il-miljuni kollha mill-kuntratt li kien sar mal-Vitals kieku sar iktar investiment fil-qasam tal-housing…kieku aktar nies qed jgħixu f’kundizzjonijiet aħjar.”
Dan sostnieh id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Ivan Bartolo waqt attività politika li saret il-Ħadd filgħodu f’San Pawl il-Baħar .
Ivan Bartolo saħaq li l-gideb tal-Partit Laburista sar munita li jħalli l-qiegħ f’kull settur għaliex ħadu mingħand min baqa’ lura u qasmu lil dawn li minn dejjem kienu jieħdu ħafna. Huwa qal li għandna naprezzaw it-tajjeb li sar minn ħaddieħor u minn ta qabilna u mhux infarrkuh u nagħtuh il-ġenb.
Waqt id-diskors tiegħu huwa qal li l-atroċitajiet li saru minn Gvern Laburista huma kbar fosthom fil-home owenership. Barra minn hekk huwa spejga li hemm 1,500 persuna li qed jistennew sabiex jingħataw residenza filwaqt li sa sena ilu l-maġġoranza ta’ dawn in-nies kellhom kuntratt li juri biċ-ċar li se jingħataw propjetà fil-jiem li ġejjin iżda wara li għaddiet l-elezzjoni dawn l-istess nies baqgħu b’xejn sal-lum.
Ivan Bartolo aċċenna li l-politika qarrieqa tal-Partit Laburista għejjiet lil kulħadd u hija politika ta’ qlub foloz fejn il-poplu spiċċa li mal-ewwel opportunita’ li jkollu jitlaq mill-pajjiż.
Lejn it-tmiem id-diskors tiegħu huwa qal li għandha tkompli l-ħidma għad-dritt li ngħixu u mhux neżistu, tkompli l-ħidma għad-dritt li nkunu apprezzati kif ukoll li nwettqu l-affarijiet u mhux jibqgħu biss ħolma. Dan għaliex il-poplu Malti u Għawdxi jixraqlu aħjar.
//= $special ?>