Il-President Ukren Volodymyr Zelenskyy qed jistenna li l-pajjiżi tan-NATO jikkonfermaw ‘il-progress’ lejn il-garanziji ta’ sigurtà għall-Ukrajna ladarba l-Alleanza tiltaqa’ f’Vilnius, fil-Litwanja, f’Lulju li ġej.
Għalkemm l-Ukrajna ma tifformax parti min-NATO hi xorta se tkun irrappreżentata – bħala Stat mistieden – fis-summit, b’Zelensky itenni li pajjiżu jinsab ħerqan biex jara ‘aktar passi xierqa’ lejn dawn il-garanziji ta’ sigurtà mill-Alleanza.
Il-President Ukren, fl-aħħar sigħat, irringrazzja lill-Istati-membri tan-NATO li qed jappoġġjaw lil pajjiżu f’din il-gwerra waqt li enfasizza l-importanza li dawn l-Istati jimpenjaw ruħhom b’mod aktar konkret għas-sigurtà u l-ħarsien tal-Ukrajna bħala pajjiż sovran u indipendenti.
//= $special ?>