Lokali

Mara ssofri ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza fir-Rabat Għawdex

Mara sofriet ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza. L-inċident seħħ illum għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin kwart fi Triq Taħt Putirjal, ir-Rabat, Għawdex.

Il-Pulizija marret immedjatament fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li mara ta’ 39 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, intlaqtet minn Volkswagen Golf li kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 21 sena residenti Għajnsielem.

Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku filwaqt li ttieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza għall-aktar kura.

Aktar tard hija ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-każ.