€495,813 hija s-somma finali li nġabret waqt il-maratona ta’ MISSIO Malta li saret matul il-jum tas-Sibt – maratona li kienet suċċess minn kull aspett u li kienet festa ta’ solidarjetà.
MISSIO Malta, tifforma parti minn organizzazzjoni Kattolika li tinsab f’aktar minn 160 pajjiż, u li tgħin lill-persuni foqra permezz ta’ finanzjament ta’ proġetti differenti.
Il-maratona ta’ din is-sena kellha t-tema IL-MISSIO INT għaliex bid-donazzjonijiet tal-familji Maltin u Għawdxin aktar proġetti se jkunu jistgħu jsiru realtà u allura, aktar nies ikollhom ħajja aħjar.
Fost l-oħrajn MISSIO Malta qed tippjana li tibni skola għall-komunita tal-Maasai fil-Kenya fejn dawn in-nies għandhom kultura unika, u allura jsibuha diffiċli sabiex jintegraw fis-soċjetà. Din l-iskola għandha tgħin lill-komunita’ tal-Maasai sabiex ikollhom futur b’edukazzjoni xierqa.
Barra minn hekk, din l-organizzazzjoni tgħin ukoll lil dawk in-nies li jbatu minn xi tip ta’ marda sabiex jingħataw il-kura meħtieġa.
Matul il-maratona ġbir ta’ fondi kien hemm preżenti l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech flimkien ma ibnu Neil li marru jikkontribwixxu għall-ġbir f’din il-maratona.
//= $special ?>