Futbol Sport

Naxxar Lions lura fil-Premier wara ħames snin

(Ritratt: Naxxar Lions)

ŻEJTUN CORINTHIANS………..1

NAXXAR LIONS……………………..2

Naxxar Lions ġew promossi u rritornaw għall-Kampjnat Premier wara nuqqas ta’ sitt snin, meta fis-Centenary Stadium għelbu lit-tim ta’ warajhom Żejtun Corinthians 2-1.

Wara li l-ewwel taqsima ntemmetfi draw ta’ mingħajr gowls, Naxxar marru minn fuq fil-55 minuta minn penalty moghti minn Ryan Gilmour Cassar biex imbgħad fis-70 minuta l-attakkant Kolombjan Robinson Blandon Rendon irdoppja għal-Lions.

Żejtun wetqu reazzjoni fil-81 minuta fejn irnexxilhom iġibu gowl permezz ta’ Rafael De Fex iżda dan ma kienx biżejjed hekk kif l-iskor sat-tisfira finali baqa’ ma nbidilx u Naxxar ġadu t-tliet punti u promozzjoni għall-Kampjonat BOV Premier.

Id-Direttur Tekniku Omar Borg merfugħ fuq l-ispalel fi tmiem il-partita (Ritratt: Naxxar Lions)