PIETÀ HOTSPURS……………3
GUDJA UNITED………………1
Pietà Hotspurs: R.Cini,S.Okoh,C.Bangura,A.O.Temitope,D.Zerafa,J.Ghio, A.Hovhannisyan(G.Xuereb 90’),K.Leonardi(T.Yamaguchi 66’),K.Briffa, K.Catania(I.Farrugia 62’), Z.Leonardi.
Gudja United: G.Zammit, J.R.Bolanos, T.Nagamatsu ,V.Plut ,S.Attard ,J.Arthur , K.Micalelf, J.Attard(J.Bugeja 55’), H.Vella(J.Mintoff 46’),S.Da Mata Gomes(I.Kolf 86’),Z.Farid.
Referee: Andre Scriha
BOV Plejer tal-logħba: Abraham Temitope (Pieta’ Hotspurs)
Bidu tajjeb ħafna għal Pietà Hotspurs hekk kif wara biss 38 sekonda marru fil-vantaġġ minn penalty ta’ Armen Hohannisyan. Il-penalty wasal minn foul kommess minn Karl micallef fuq Kian Leonardi, bir-referee Andrea Scriha jsaffar għal penalty.
Gudja United kisbu d-draw wara 15-il minuta logħob permezz ta’ azzjoni konfuża taħt il-lasta ta’ Cini fejn fl-aħħar Tatsuro Naganatsu rnexxielu jsib ix-xibka b’xutt fil-baxx sabiex jagħmel l-iskor 1-1.
Pietà Hotspurs marru fil-vantaġġ għat-tieni darba fil-partita fit-28 minuta b’din id-darba Abraham Temitope jniżżel ismu mal-iskorers. Il-gowl wasal minn xutt fil-baxx u angolat ta’ Temitope li deher se jkun salvat minn Zammit, madankollu l-ballun qarraq għall-kollox lil goalkeeper u daħal ġewwa.
Bil-gowl ta’ Temitope Pietà daħlu għal-ħin tal-mistrieħ fil-vantaġġ bl-iskor ta’ 2-1.
L-ewwel azzjoni denja ta’ nota fit-tieni taqsima waslet fil-51 minuta meta Vito Plut ġie viċin sabiex jikseb id-draw, madanollu Samuel Okoh irnexxielu jikklerja tajjeb minn fuq il-linja wara li Cini kien megħlub għall-kollox.
Xutt insidjuż fis-57 minuta ta’ Jean Bugeja mit-tarf tal-kaxxa li stampa mal minduda, l-iskor jibqa’ 2-1 għal Pietà.
5 minuti qabel it-tmiem tal-partita, Pietà Hotspurs għamluhom tlieta u ssiġilaw ir-rebħa permezz tat-tieni gowl fil-partita għal Armen Hovhannisyan li rċieva ballun preċiż mingħand Yamaguchi u mill-viċini għeleb għal kollox lil Zammit.
Tlett minuti ħin miżjuda ingħataw bit-tim ta’ Pietà Hotspurs jikkontrolla l-pussess tal-partita sabiex jassiguraw it-tieni rebħa tagħhom fil-kampjonat.
