Lokali

“Wara 10 snin qed inkomplu nikxfu l-qerq tal-Partit Laburista” – Darren Carabott

“Waqt il-PAC kxifna l-qerq tal-Partit Laburista li sar 10 snin ilu fit-tender tal-Electrogas u ftit tal-ġimgħat ilu ġie żvelat li l-kuntratt li kien sar mal-Vitals kien wieħed frawdolenti. Dan hu Gvern li qed iqarraq bil-poplu Malti u Għawdxi.”

Dan sostnieh id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Darren Carabott waqt l-attività politika li saret San Pawl il-Baħar bit-tema ‘Int Jixraqlek Aħjar’.

Huwa qal li l-PAC xtaq itella’ lill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa iżda d-Deputati Laburisti waqqfu din l-azzjoni…azzjoni li tista’ tkompli tikxef il-verità dwar it-tender li kien sar mal-Electrogas. Darren Carabott fakkar li din il-ġimgħa ħareġ biċ-ċar li ġurnata qabel ma dan it-tender kien sar uffiċċjali saret laqgħa f’Kastilja fejn intqal li t-tender se jmur għand l-Electrogas. Dan kollu intqal ġurnata qabe ma ttieħed l-vot.

Darren Carabott sostna li dan kollu huwa l-istess pattern tal-istess nies li ftit ilu l-Qorti ddikjarat l-kuntratt tal-Vitals bħala frawdolenti.

Waqt id-diskors tiegħu huwa għamel appell lill-Prim Ministru Robert Abela sabiex jiftaħ kawża kontra Steward sabiex il-poplu jieħu dawk il-miljuni ta’ ewro lura. Huwa qal li bħalma l-Partit Nazzjonalista ġġieled għal Electrogas se jkompli jiġġieled għall-Vitals sal-aħħar nifs.