Gary Lineker se jirritorna fuq l-iskrins tal-BBC fi tmiem il-ġimgħa wara li laħaq ftehim mal-korporazzjoni.
Huwa kien tkeċċa wara sensiela ta’ tweets fuq Twitter, fejn ikkritika l-politika tal-gvern dwar il-migrazzjoni.
Il-BBC se tibda reviżjoni indipendenti tal-linji gwida tal-midja soċjali tagħha, li tiffoka fuq kif tapplika għal freelancers barra l-aħbarijiet – bħal Lineker. Il-gwida attwali tal-BBC dwar il-midja soċjali se tibqa’ fis-seħħ waqt li titwettaq din ir-reviżjoni. Id-Direttur Ġenerali Tim Davie irrikonoxxa li fih ‘grey areas’ u qal li l-infurzar tal-imparzjalita’ huwa att diffiċli biex tibbillanċjah. Huwa żied jgħid li ma ċeda għall-ebda pressjoni minn partit politiku jew ieħor.
Minn naħa tiegħu Lineker qal fuq Twitter, li huwa kburi mmens li jaħdem għall-BBC u ħerqan ħafna li jerġa’ lura ma jdumx bilqiegħda fuq is-siġġu ta’ Match of the Day.
Id-dehera li jmiss ta’ Lineker għall-BBC se tkun ir-rappurtaġġġ tal-partita fis-semi finali tal-FA Cup, nhar is-Sibt, waqt il-konfront bejn Manchester City u Burnley.
//= $special ?>