Adrian Delia, PN
Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Prim Ministru Robert Abela ammetta li kien ra u stħarreġ il-kuntratti tal-isptarijiet iżda minkejja li kien jaf bin-nuqqasijiet kbar ta’ Viutals u Steward xorta baqa’ jtihom il-miljuni kull sena.
Meta kien qed jitkellem fil-parlament Adrian Delia qal li l-estimi huma fażulli minħabba s-sentenza tal-qorti u minħabba li l-parlament kien diġà avżat li kien hemm frodi f’wieħed mill-kuntratti ewlenin tal-pajjiż; dak tal-isptarijiet.
Minkejja dan f’Novembru li għadda l-gvern alloka €80 miljun ll Steward fl-aħħar budget, sostna Adrian Delia, li sostna li l-frodi kienu jikkonċernaw l-erba’ kuntratti b’mod sa mill-ewwel ġurnata tagħhom.
L-ammonti huma ta’ iktar minn €400 miljun li ngħataw meta kien hemm konsapevolezza. L-estimi huma fażulli għaliex il-kuntratt ta’ 30 sena issa hu dikjarat null u għalhekk il-gvern għandu diskrepanza ta’ €4,000 miljun.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Prim Ministru qal li l-gvern se jitlob lil Steward għall-fondi li suppost intefqu bħala investiment. Hu sostan li l-Prim Ministru tfixkel, ħarbitlu jew mhux jifhem x’kien l-obbligu kuntrattwali.
Dan minħabba li l-investiment inizjali kellu ta’€200 miljun lil Vitals imbagħad jibdew jtħallasu. Hu qal li l-Prim Ministru ammetta li ntuża fondi tal-gvern li suppost għandu Vitals jew Steward. Nittama li l-Prim Ministru ried jgħid li se jitlob lura l-flus li ma kellux jitħallsu meta huma stagħnew minn fuq il-poplu, sostna Adrian Delia.
Hu qal li l-Prim Ministru għamel ukoll dikjarazzjoni li fl-2002 kien eżamina s-sitwazzjoni tal-kuntratti ma’ Steward għalkemm il-Prim Ministru qal li ħames snin hu ma kienx hemm għax ma kienx Prim Ministru. Adrian Delia kompla li kien hemm diġà iffirmat il-ftheim tal-€100 miljun u għalhekk il-Prim Ministru qal li fl-2020 hu kien ra dan il-ftehim u għalhekk kien jaf li kien hemm ftehim li l-gvern qed jintrabat li anki jekk jirriżulta li Steward għandom tort, il-gvern xorta jrid iħallashom €100 miljun. Il-Prim Ministru qal li kien studjah il-kuntratt tal-isptarijiet, sostna Adrian Delia, li kompla li l-Prim Ministru kien jaf li l-investiment minn Steward ma sarx u li kien hem il-ftehim tal-€100 miljun.
Delia qal li l-Prim Ministru ftaħar li ma kienx aċċetta li jkun hemm tibdil fil-kuntratt ma’ Steward. Għalxiex qal le l-Prim Ministru? staqsa Adrian Delia, li kompla li l-ħlasijiet ta’ €30, €40, €50, €60, €70 u €80 miljun.
Għaliex il-Prim Ministru baqa’ jħallas lil Steward jekk kien ra l-kuntratti? Għaliex il-Prim Ministru ma waqqafx il-kuntratt u jinvestiga lil min wettaq dan il-kuntratt li jmur kontra l-interss pubbliku?
Il-Prim Ministru issa qed jgħid li se jitlob lil Steward biex dak li ħallsu żejjed ituh lura, sostna d-deputat Nazzjonalista, li staqsa x’kien jaf il-Prim Ministru lbieraħ li ma kienx jaf meta studja l-ftehim. Hu qal li l-Prim Ministru kien jaf bin-nuqqasijiet ta’ Steward foshtom li san Luqa kien fi stat dilapidat, li Għawdex ma tpoġġietx ġebla waħda ta’ sptar ġdida u li ma sarx l-investiment meħtieġ.
Adrian Delia qal li kellha tkun il-qorti biex tgħid lill-Prim Ministru li kien hemm frodi u kompla li l-gvern m’għandux il-leġittimità li jitkellem fuq il-budget tal-pajjiż għaliex il-qorti ikkundannatu u qalet li ma tistax temmen kif kien hemm awtoritajiet li jpoġġu l-fondi pubbliċi li kienu ffrodati mill-barranin kellhom biss l-iskop li jiffrodaw lill-poplu.
//= $special ?>