Il-Papa Franġisku qed jiċċelebra l-għaxar anniversarju bħala Kap tal-Knisja bil-ħruġ tal-ewwel podcast personali fuq is-sorsi tal-media tal-Vatikan.
Kulmin juża l-podcast – li qed jirreferu għalih bħala ‘Popecast’ – jista’ jutilizzah bħala mezz għal diskorsi u espressjoni ta’ ideat fuq l-istess stil ta’ talk radio u meta mistenni li l-Papa jkun jista’ jixtar aktar il-messaġġ apostoliku permezz ta’ dan l-awdjo diġitali.
Mistoqsi x’għandu jkun l-aqwa rigal għall-anniversarju, il-Papa Franġisku wieġeb bla tlaqliq li jixtieq li jara l-paċi tirrenja għaliex id-dinja tassew għandha bżonnha f’dawn iż-żmenijiet ta’ sfida kbira lill-umanità,
Il-Papa Arġentin qal ukoll li meta assuma l-kariga ta’ Papa ma ħaseb qatt li kien se jmexxi lill-Knisja waqt Tielet Gwerra Dinjija. U b’referenza ċara għall-konflitt tal-Ukrajna, il-Papa sostna li qed isofri bil-kbir kulmeta jisma’ bl-aħbar tal-imwiet tas-suldati żgħażagħ, irrispettivament mill-pajjiżi li qegħdin jiġġieldu għalihom u l-politika li jħaddnu.
//= $special ?>