Il-Ministru għall-Intern, Sigurtà, Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri, flimkien mal-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafà, illum ħatar lil Sandro Gatt bħala Deputat Kummissarju ġdid.
Id-Deputat Kummissarju Gatt se jkun responsabbli mill-investigazzjonijiet speċjalizzati (Investigations & Technical Support).