Lokali

Mara tmut wara li waqgħet tliet sulari mid-dar tagħha stess

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tad-9:30am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Willie Attard, il-Ħamrun.

Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li mara ta’ 43 sena, kienet waqgħet madwar tliet sulari minn fuq il-bejt tar-residenza tagħha stess.

Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, imma sfortunatament ġiet iċċertifkata mejta ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat tal-Għassa Marseann Farrugia ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.