Futbol Sport

Milan miżmuma fi draw minn Salernitana

(Ritratt: EPA)

F’San Siro Milan kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Salernitana. Milan marru fil-vantaġġ fil-ħin mogħti żejjed ta’ tmiem l-ewwel taqsima meta kien Ismael Bennacer li għadda tajjeb lejn Olivier Giroud li għola fuq Norbert Gyomber u bir-ras xeħet fix-xibka għal 1-0. Madanakollu Salernitana kisbu d-draw fis-66 minuta meta il-cross ta’ Domagoj Bradaric sab lil Boulaye Dia li kkonkluda fix-xibka għal 1-1. B’dan id-draw Milan baqgħu fir-raba’ post bi 48 punt, punt fuq Roma, filwaqt li Salernitana baqgħu fis-sittax-il post b’26 punt.