Żagħżugħ ta’ 23 sena minn Birżebbuġa baqa’ miżmum taħt arrest wara li kien mixli b’serqa minn lukanda u ħanut fil-Belt Valletta. Daniel McGahern ta’ nazzjonalità Maltija li baqa’ miżmum taħt arrest wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih quddiem il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia.
Huwa kien arrestat ma’ raġel ieħor b’rabta maż-żewġ serqiet li seħħew il-ġimgħa l-li għaddiet. L-ewwel serqa seħħet fis-7 ta’ Marzu li għadda, għall-ħabta tal-5.15pm, minn lukanda li tinsab fi Triq Sant’Ursla. Jumejn wara, kien għall-ħabta tat-8.15am, seħħet serqa minn ħanut fi Triq il-Merkanti fejn kien allegat li McGahern kien involut fir-reat.
Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżulta li ż-żewġ serqiet allegatament seħħew mill-istess persuni. Wara tfittxija għal żewġ irġiel, bil-Pulizija jkollha nformazzjoni dwarhom dawn ġew arrestati l-Ħadd minn residenza fil-Bet Valletta. Ir-raġel l-ieħor, ta’ 31 sena, li allegatament wettaq is-serqiet maż-żagħżugħ mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin wara li qal li ħassu ma jiflaħx u qed jinżamm fi sptar għall-kura.
//= $special ?>