Lokali

Nhar il-Ħamis li ġej se ssir protesta quddiem il-Parlament bit-tema ‘Tuna flusna lura’

Nhar il-Ħamis li ġej se ssir protesta quddiem il-bini tal-Parlament organizzata mill-Partit Nazzjonlista bit-tema “Tuna flusna lura”.

Din il-protesta qiegħdha ssir fid-dawl tal-aħħar skandlu b’rabta mal-każ tat-tlett sptarijiet li ngħataw mill-Gvern lil kumpanija privata; Vitals Global Healthcare u sussegwentament Steward Healthcare.

F’post imtella’ fuq il-medja soċjali tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech saħaq li l-vittma f’dan id-deal ma kienx il-Gvern imma l-poplu. “Il-flus li ngħataw lill-barranin fuq kuntratt frawdolenti huma flus il-poplu.

Bernard Grech insista li mhux talli l-Gvern Laburista mhux vittma, talli hu r-responsabbli ewlieni minn dan il-frodi u s-serq tas-seklu.

“Il-vittma jibqa’ l-poplu.
Il-vittma jibqa’ l-pazjent.
Il-vittma jibqa’ l-anzjan.
L-Għawdxi li ma ngħatax il-kura fil-ħin.
Il-Malti li ilu jistenna sentejn għal operazzjoni.
Il-Laburist li tħalla fil-kuritur mingħajr dinjità.
In-Nazzjonalist li mill-Isptar bagħtuh jixtri l-antibijotiċi.
Dak li ma vvutax u li għadu qed jistenna l-isptar mentali dinjituż.”

Bernard Grech tenna li l-vittma f’dan id-deal skandoloż u kkundannat mill-Qorti huwa “aħna lkoll li ġejna misruqin, mormija u abbużati minn dawk li kellhom id-dmir iħarsuna.”