Lokali Parlament

Nuqqas ta’ konsultazzjoni mill-gvern fl-agrikoltura u s-sajd

Toni Bezzina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal fil-parlament li l-gvern qed iwettaq nuqqas ta’ konsultazzjoni fl-agrikoltura u fis-sajd.

Toni Bezzina qal li l-prodott agrikolu Malti jeħtieġlu prezzijiet kompetittivi biex ikun attraenti u għalhekk il-prodotti li jintuzaw bħall-fertilizzant u l-kompost ikunu wkoll bi prezzijiet kompetittivi biex ma jkunx hemm spejjeż żejda fuq il-bdiewa li qed isibuha diffiċli jlaħħaqu mal-prezzijiet.

Għalhekk il-bdiewa u r r-raħħala għandhom ikunu mgħejjuna waqt li s-sajd ikompli jissaħħaħ u jkun protett l-ambjent marittimu. Għandu jkun hemm konsultazzjoni kontinwa ma’ dan is-settur.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-bdiewa huma l-gwardjani tal-ambjent u appella biex ikun hemm inizjattivi biex iż-żgħażagħ Maltin ikunu attirati lejn dan is-settur. Dawn għandhom ikunu provduti b’art agrikola bi prezzijiet raġonevoli.

Toni Bezzina kompla li l-gvern ma aċċettax numru ta’ proposti li għamlet l-Oppożizzjoni fosthom dwar il-qbiela biex jinħoloq bilanċ bejn min għandu l-art u argkola u dk li jħallas il-bidwi. Proposta oħra mhux aċċettati huma dwar l-irziezet residenzjali.

L-akbar disrispett lejn il-bdiewa u r-raħħala hu n-nuqqas ta’ konsultazzjoni mill-gvern meta jiġu biex jittieħdu ċertu deċiżjonijiet. Hu semma’ l-każ tal-kwota tat-tonn tas-sajjieda u qal li flok iddiskuta, il-gvern iddeċieda waħda bil-konsegwenza li dan qed joħloq nuqqas ta’ rispett lejn is-sajjieda. L-istess ġara minħabba l-magħlef tal-annimali fejn il-gevrn iddeċieda waħdu.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-attitudni tal-gvern qed toħloq konflitti u sostna li proposta tal-UE biex l-annimali ma jitrabbewx fil-gaġeġ se toħloq problemi partikolarment fis-settur tat-tiġieġ. Jista’ jkun li ma tibqax vijabbli li tibqa’ ssir il-produzzjoni tat-tiġieġ f’Malta. Għalhekk il-gvern għandu jagħmel pressjoni biex Malta tkun eżentata minn dawn ir-regoli minħabba iċ-ċokon tal-pajjiż.