Il-Marsa Open 2023, l-ewwel tournament open tas-sena tat-tennis, ġie fi tmiemu lbieraħ b’ġurnata eċċitanti ta’ tennis li rat lil Emma Montebello, Matthew Asciak, u t-tim tad-doubles ta’ Matthew Asciak u Dwayne Pullicino inkurunati champions fil-kategoriji rispettivi tagħhom.
L-ewwel partita tal-ġurnata kienet il-finali tas-singles tan-Nisa, li rat lill-aqwa seed Emma Montebello tiddomina l-partita kontra Emma-Lynn Mifsud u tirbħila 6-1, 6-0 biex ħadet it-titlu fil-kategorija singles tan-Nisa.
Fil-finali tant mistennija tas-singles tal-Irġiel, iċ-champion renjanti Matthew Asciak iffaċċja lil Liam Delicata. Fil-logħba tal-ftuħ, wara bidu qawwi, Delicata mar kmieni fil-vantaġġ, madankollu, Asciak malajr sab il-forma u beda jirkupra. Il-partita rat xi logħbiet missielta, iżda fl-aħħar mill-aħħar, l-esperjenza ta’ Asciak rebħet, u ħareġ rebbieħ bl-iskor finali ta’ 6-1, 6-1. B’din ir-rebħa, Asciak iżomm il-pożizzjoni numru wieħed tiegħu fir-rankings nazzjonali.
Fil-finali tad-doubles, Matthew Asciak u Dwayne Pullicino lagħbu kontra Marcus u Liam Delicata. Asciak u Pullicino bdew b’saħħithom u rebħu ħadu l-ewwel set 6-1. Minkejja dan, Marcus u Liam Delicata ma qatgħux qalbhom u kellhom prestazzjoni tajba fit-tieni set iżda xorta tilfu 6-4. Il-partita kienet eċċitanti biż-żewġ timijiet juru ħila u teamwork impressjonanti. Fl-aħħar, kienu Asciak u Pullicino li ħarġu rebbieħa biex kisbu t-titlu tad-doubles fil-Marsa Open.
Wara l-logħbiet, saret preżentazzjoni ta’ premjijiet biex jiġu rikonoxxuti r-rebbieħa u r-runners-up, kif ukoll biex jirringrazzjaw lill-isponsors u l-organizzaturi. Għal din il-preżentazzjoni attenda ċ-charmain tal-Marsa Sports Club, Anthony Mifsud, li feraħ lir-rebbieħa u l-finalisti u rringrazzja lill-organizzaturi, lit-tim tal-uffiċjali, u lill-plejers kollha tal-parteċipazzjoni tagħhom biex dan it-tournament seta’ jkun suċċess.
Il-Viċi President tal-Malta Tennis Federation, Mark Camilleri, kien preżenti wkoll għaċ-ċerimonja u indirizza lin-nies preżenti. Huwa esprima l-gratitudni tiegħu lill-isponsors, MAPFRE MSV Life, u rringrazzja lill-Marsa Sports Club għall-appoġġ tagħhom biex it-tournament ikun suċċess.
//= $special ?>