Numru ta’ persuni għadhom rappurtati nieqsa wara li ilbieraħ seħħet traġedja oħra tal-immigranti fil-Mediterran.
Il-każ seħħ fiz-zona ta’ salvataġġ li hi responsabbiltà tal-Libja, għalkemm l-awtoritajiet Taljani qed ikunu akkużati li ma ntervjenewx biex jagħtu l-assistenza.
S’issa, qed jingħad li għad hemm 30 immigrant mitlufa u li ħadd ma jaf x’sar minnhom. Dan filwaqt li 17 ġew salvati.
Il-media Taljana qed tirrapporta kif l-organizzazjoni non-governattiva Alarm Phone kienet infurmat b’din id-dgħajsa kemm liċ-ċentru ta’ kordinament li jinsab f’Ruma u anke lill-awtoritajiet Maltin.
Rapporti oħra qed jindikaw li tnejn mill-feruti inġiebu Malta għal assistenza medika. Iżda dwar dan kollu ma ħarġet ebda stqarrija mill-Gvern jew mill-Ministeru tal-Intern.
//= $special ?>