Żewġt irġiel ta’ 31 u ta’ 23 sena mistennija jitressqu l-Qorti b’rabta ma’ żewġ serqiet li seħħew fil-jiem li għaddew fil-Belt Valletta.
L-ewwel serqa seħħet fis-7 ta’ Marzu ftit wara l-ħamsa ta’ waranofsinhar minn lukanda fi Triq Sant’Orsla, dan filwaqt li jumejn wara ftit wara t-tmienja ta’ filgħodu l-Pulizija kienet infurmata li matul il-lejl ta’ qabel kienet seħħet serqa minn ħanut fi Triq il-Merkanti.
Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżulta li ż-żewġ serqiet allegatament seħħew mill-istess persuni li sussegwentament bdiet it-tfitxxija għalihom.
Huma ġew arrestati matul il-jum tal-Ħadd minn residenza fil-Belt Valletta.
//= $special ?>