Lokali Parlament

1,400 persuna fil-lista ta’ stennija mal-Awtorità tad-Djar

Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo sostna fil-parlament li minkejja l-wegħdi, illum hawn 1400 persuna fil-lista ta’ stennija mal-Awtorità tad-Djar; liema lista qed tkompli dejjem tiżdied.

Hu qal li rapport ta’ Dhalia Grant Thortnon jistablixxi li f’Għawdex fl-2020 kien hemm żieda ta’ 14.6%f fil-prezzijiet tal-kirijiet tal-propjetà fejn hemm każi ta’ żieidet minn €i00 għal 160. Fl-aħħar disa’ snin, is-settur tad-djar għadda minn bidliet kbar.

Hu qal li f’Tas-Sliema u s-Swieqi hemm kirjiet li jitilgħu €1,600 fix-xahar u spjega kif hemm anki ċirkostanzi ta’ kirjiet f’postijiet li fihom il-persuni jgħixu flimkien ma’ persuni oħra. Dawn huma prattiċi abbużi għad-detriment tal-fqir.

Min qed jitħallas kirjiet esaġerati għal postijiet żgħar ikun qed joffendi lill-bniedem, sostan Ivan Bartolo, li kompla li llum saret lussu li persuni jkollhom postijiet bi tliet kmamar tas-sodda.

Rapport tal-Awtorità tad-Djar juri li żgħażagħ ma jaffordjawx jixtru postijiet, sostna Ivan Bartolo, li kompla li ż-żgħażagħ m’għandhomx mezzi biex ikampaw fil-ħajja. Ivan Bartolo qal li ż-żgħażagħ qed jgħixu f’postijiet flimkien b’kumplikazzjonijiet li jinqalgħu.

Hu kompla li din is-sitwazzjoni qed iġġib pressjoni fuq il-ġenituri li jkunu jridu jgħinu lil uliedhom. Il-problema ewlenija hi l-għoli tal-ħajja, sostna Ivan Bartolo, li semma’ l-ammont ta’ food banks li kibru fil-pajjiż u li jipprovdu ikel lil ħafna persuni.

Jirriżulta li hemm lista ta’ stennejna ta’ 1,400 fl-Awtorità tad-Djar minkejja li l-gvern wiegħed li se jkun hemm iktar postijiet milli applikazzjonijiet. Il-pagi llum m’humiex ilaħħqu mal-ħajja, sostna Ivan Bartolo, li kompla li l-lista ta’ stennija għall-postijiet soċjali qed tiżdied u hemm mumneti li fihom qed jinqatghu minn fuq il-lista inkluż mijiet li ma jissodisfawx it-test tal-mezzi.

Ivan Bartolo kompla li hemm postiiet li fihom jgħixu 12-il persuna barranin mingħajr dinjità ta’ xejn. Dawn jaħdmu bil-prekarjat tant li isa qed jibdew anki jinkrew is-sodod flok l-appartamenti. Dan qed iġib tensjoni soċjali kbira anki fil-lokalitajiet fejn dawn jinsabu b’inkonvinjenti għall-komunità.

Hu tkellem dwar il-problemi tan-nuqqas ta’ liftijiet u appella biex il-gvern jagħmel ġustizzja ma’ eluf ta’ familji li għandhom problemi soċjali.