Carm Mifsud Bonnici, PN
Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici appella fil-parlament biex fondi dovuti lill-barklora mill-passiġġieri li jiġu Malta jingħatawlhom.
Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici tkellem fil-parlament dwar il-barklora u qal li hemm liġi antika li fiha dawn għandhom dritt jirċievu kumpens minn fuq kul passiġġier li jinżel Malta. Kull barklor għandu dirtt għal dan il-kumpens kull sena.
Il-Kontrollur tad-Dwana għandu d-dmir li jiġbor ammont ta’ flus iżda jidher li għal dawn l-aħħar snin dan mhux jitwettaq bil-konswegwenza li dawn il-barklora mhux qed jieħdu dawn il-flus. Hu appella biex dawn il-barklora ma jkunux abbandunati.
Carm Mifsud Bonnici qal li il-gvern mhux jagħti għajnuna biżżejjed lill-familji li jridu jrabbu t-tfal u sostna li l-mara qed titqiegħed iktar f’kunċett ta’ produzzjoni. Hu sostna li hawn diversi nisa li jixtiequ jrabbu l-familja u għandhom bżonn l-għajnuna mill-Istat biex iwettqu dan.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern m’għandux viżjoni u kunċetti profondi ta’ ġustizzja soċjali u għandu biss il-ħsieb u jżid il-flus bit-tama li s-soċjetà Maltija timxi ‘l quddiem.
Hu sostna li l-Istat ma jonfoqx flus biżżejjed f’kotba u qal li l-gvern għadu bl-istess budget ta’ snin twal, bl-istess mod u bl-istess kultura. Biex tavvanza ‘l quddiem is-soċjetà għandha bżonn il-kultura, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li fix-xjenza u fil-lingwi mhux isir investiment biżżejejd, fosthom fit-tagħlim tal-Latin u l-Grieg. Irid ikun ikkunsidrat li hawn ħafna dokumenti li mhux se jibqgħu aċċessibbli għan-nies. Qed isir wisq investiment fl-ekonomija iżda mhux isir investiment biżżejjed fil-bniedem.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li qed isiru enfasi fuq il-penali amministrattivi u appella biex isir kodiċi propju dwar dan is-settur.
//= $special ?>