“Dawn iż-żewġ Ministri mhux lill-ġurnalisti biss qed jaħarbu imma anki lili. Xbajt nitlobhom biex niltaqgħu. Għaliex?”
Hekk kitbet omm Jean Paul Sofia, Isabelle Bonnici, b’reazzjoni għal storja ta’ Net News fejn fiha kemm il-Ministru Roderick Galdes u kif ukoll il-Ministru Byron Camilleri ħarbu milli jwieġbu d-domandi ta’ Net News.
Il-Gvern immexxi minn Robert Abela għadu qiegħed iwebbes rasu u jinjora l-appelli kemm tal-esperti kif ukoll tal-Partit Nazzjonalista u l-qraba taż-żagħżugħ ta’ 20 sena, Jean Paul Sofia, biex tinfetaħ inkjesta indipendenti b’rabta mal-mewt tal-istess żagħżugħ sabiex traġedja bħal din ma terġax isseħħ.
Minkejja l-appelli kontinwi tal-qraba taż-żagħżugħ li tilef ħajtu f’Diċembru taħt it-terrapien u t-tiġrif ta’ erba’ sulari bini, Robert Abela ma jridx li jiftaħ inkjesta pubblika li huwa biss jista’ jsejjaħ.
Minflok, fl-aħħar ġimgħat Abela għoġbu jattakka lill-ġudikatura, fost oħrajn lill-Maġistrat MarseAnn Farrugia għad-dewmien tal-inkjesta Maġisterjali.
//= $special ?>