Il-ġlied f’Bakhmut huwa wieħed mill-aktar krudili u kattiv. Hekk qal il-President tal-Ukrajna Volodymr Zlensky f’messaġġ li wassal wara l-aħħar żviluppi marbuta mal-gwerra fil-Lvant tal-Ewropa, fejn tenna li t-truppi Ukreni mhux se jirtiraw minn din il-belt.
Bakhmut saret simbolu tar-reżistenza quddiem għadu qalil u feroċi. Dan filwaqt li preżentament hemm ottimiżmu li r-reżistenza tal-Ukreni f’Bakhmut u l-madwar għandha tissarraf f’riżultati aktar inkoraġġanti matul ir-Rebbiegħa
Esperti militari iżda qed jisħqu li l-Ukrajna għandha tikkunsidra li tirtira mil-Lvant tal-belt, biex l-imwiet ma jkomplux jiżdiedu, b’analisti oħra jindikaw li dan il-pass, jekk jittieħed, jaf iwassal biex ir-Russi jkomplu javvanzaw.
Bejn it-Tnejn u t-Tlieta komplew l-attakki f’numru ta’ bliet Ukreni, u mhux biss f’Bahkmut fejn f’Kratmatorsk u Kharkiv inqatlu żewġ persuni ċivili.
Qed ikun maħsub li fl-art Ukrena hemm mal-105,000 landmines u splussivi tar-Russi, bit-tentattivi tal-Ukreni biex dawn jitneħħew jissoktaw.
Fl-aħħar sigħat kien imħabbar li se jibdew tentattivi biex uffiċjali Russi jitressqu quddiem il-Qorti Krimanli Internazzjonali b’rabta ma’ reati kriminali li twettqu fil-gwerra fil-konfront tal-Ukreni u ċ-ċivili. Bil-kap tal-grupp Wagner kien akkużat li poġġa lis-suldati tiegħu f’periklu bla ħsieb.
Fl-aħħar ħinijiet il-pajjiż ġar tar-Russja, il-Litwanja, ikkundannat lill-grupp Wagner, il-grupp ta’ merċenarji li qed jiġġieldu f’isem Putin, bħala grupp terroristiku.
Minn aspett ta’ NATO, il-Finlandja tinsab pass eqreb biex tissieħeb ma’ din l-alleanza, issegwi wara l-Iżvezja.
Il-Finlandja u l-Iżvezja applikaw biex jissieħbu fin-NATO s-sena l-oħra iżda l-applikazzonijiet tagħhom twaqqfu mit-Turkija, li qed tgħid li ż-żewġ pajjiżi jospitaw membri terroristiċi.
//= $special ?>