Lokali Parlament

Il-gvern jippreferi jagħti l-flus lill-frodisti milli jinvesti fis-saħħa

Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet fil-parlament li l-gvern Laburista jippreferi jagħti l-flus lill-frodisti fil-korruzzjoni tal-isptarijiet milli jinvesti fis-saħħa.

Claudette Buttigieg qalet dan id-dibattitu dwar l-estimi u l-implimentazzjoni tal-budget fid-dell ta’ wieħed mill-ikbar skandli fil-pajjiż; il-korruzzjoni tal-isptarijiet.

Hi sostniet li l-gvern ma jistax jgħid li ma kienx jaf b’dan l-iskandlu għax kien jaf eżattament dak li qed iseħħ. Is-sentenza tal-qorti issa qed tispeċifika b’mod ċar iżda l-gvern irid jibqa’ għaddej. Tal-inqas il-gvern kellu jwaqqaf dawn it-€80 miljun lil Steward iżda dan ma seħħx.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li s-CGM hu importanti għall-persuni li jbatu bid-dijabete iżda issa l-gvern se jkun qed iwaqqaf dan is-servizz. Il-gven ma kellux bżonn €80 miljun għal dan l-apparat iżda s’issa l-gvern qed jagħżel li jagħti €80 miljun f’kuntratt frawdolenti milli dawn imorru għal kull persuna li għandha d-dijabete tip 1 li għandha bżonn is-CGM.

Hi tkellmet ukoll dwar il-persuni li jbatu minn dibajete tip 2 u qalet li dawn ikollhom bżonn mediċini sofistikati iżda l-gvern iħalli pazjenti jbatu b’kundizzjoni biex jagħti €80 miljun f’kuntratt frawdalenti.

Id-deputat Nazzjonalista sostniet li jirriżulta li l-ministri qed jużaw karozza waħda u qed jiedu €7000 fis-sena kull wieħed għax ma jużawx it-tieni karozza. Hi qalet li l-gvern m’għandux flus għall-mediċina Xarelto li tintuża fil-kura tal-kanċer u qed tingħata mediċina alternattiva. Minħabba dan, in-nefqa telgħet minn €80 għal €140 għall-mediċina alternattiva għax-Xarelto.

Il-gvern ma ċċelebrax l-10 snin ta’ gvern Laburista għax kienu 10 snin ta’ ngann u frodi minn fuq il-poplu, sostniet id-deputat Nazzjonalista.