Lokali Parlament

Il-PN ingħata raġun fuq il-korruzzjoni fl-isptarijiet

Darren Carabott, PN

Id-deputat Nazzjonalista Darren Carabott qal fil-parlament li l-PN ingħata raġun fuq il-korruzzjoni fl-isptarijiet.

Id-deputat Nazzjonalista kkritika l-fatt li l-gvern baqa’ jagħti l-fondi lill-kumpaniji barrain li tahom l-isptarjiet. Hu qal li l-Oppożizzjoni sa mill-bidu qalet lill-Gvern biex l-isptarijiet jingħataw lura lill-poplu għaliex il-ftehim kien frawdolenti.

L-Oppożizzjoni ngħatat raġun, sostna Darren Carabott, li spjega kif, lil Steward, fl-2016 il-gvern tahom €35.5 miljun, fl-2017 tawhom €66 miljun, fl-2018 twhom €71 miljun, fl-2019 tawhom €92 miljun, fl-2020 tawhom €114-il miljun u fl-2021 tawhom €104 miljuni.

Ftit xhur ilu l-gvern wiegħed ċertezza u stabbiltà u llum, sostna d-deputat Nazzjonalista sostna li l-Oppożizzjoni kienet mgħajra negattiva għax riedet l-isptarijiet lura.

Il-gvern m’għamel xejn u issa jrid jieħu l-mertu meta kienet l-Oppożizzjoni li marret il-qorti biex il-poplu jieħu l-isptarijiet lura. Li kien għall-gvern il-pplu kien jinsteraq €4,000 miljun iżda l-kawża tad-deputat Nazzjonalista Adrian Delia waqqfet dan is-serq kollu. Kull persuna f’Malta kienet se tinsteraq €700, setgħu jinbnew seba’ sptarijet tal-Onokoloġija u setgħu jinbnew 1,700 dar residenzjali b’dawn il-fondi.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern naqqas l-allokazzjonijiet lil kull lokalità iżda baqa’ jagħti miljuni lil Steward.