Lokali

“Il-vera tradituri huma Robert Abela u sħabu” – Bernard Grech

Pajjżna għandu Prim Ministru li mhuwiex fuq in-naħa tal-poplu… hekk kif il-vera tradituri huma Robert Abela u sħabu. Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet li saret quddiem Kastilja.

Bernard Grech qal li Robert Abela jrid verament jibda jkun il-Prim Ministru tal-poplu u mhux tan-nies korrotti.Saħaq li meta Abela qal li l-Gvern kien il-vittma fid-deal tat-tliet sptarijiet ikompli juri kemm għadu ma fehem xejn għax il-flus li nsterqu huma flus tal-poplu Malti u Għawdxi. Dan kollu jfisser li l-Gvern spiċċa uża flus il-poplu u għamilhom tiegħu. Il-Kap tal-PN qal li l-vera vittma f’dan il-deal li sar ma’ Vitals u Steward huwa l-poplu Malti.

Bernard Grech qal li huwa evidenti li l-poplu jinsab irrabjat quddiem dak kollu li qed iseħħ fejn l-Partit Nazzjonalista huwa kommess li se jibqa’ jkun il-vuċi tan-nies u jiġġieled għad-drittijiet tagħhom.

Il-Kap tal-PN fakkar kif nhar il-Ħamis l-Oppożizzjoni se tkun qed ressaq mozzjoni bil-Parlament sabiex Robert Abela jiftaħ każa kontra Vitals u Steward u l-popli Malti jingħatalu lura l-miljuni kollha li nsterqu min-nies kriminali.

L-istess konferenza tal-aħbarijiet kienet indirizzata mid-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia li wara ġimgħatejn li ħarġet is-sentenza tal-Qorti li kkundannat id-deal li sar ma’ Vitals u Steward, il-Gvern għadu qed jiddefendi lill-frodisti u għadu ma ħa ebda responsabbiltà għal dak li seħħ. Mhux talli hekk, talli l-Gvern diġà qed jaħseb li jerġa’ jagħti t-tliet sptarijiet lill-privat.

Adrian Delia qal li Robert Abela kien jaf li kien hemm side agreement.. ftehim li dawn jitħallsu xort anke jekk jonqsu mill-ftehim li kellhom li jtejbu l-isptarijiet ta’ pajjiżna. Fejn filfatt… f’dawn is-snin kollha ma sar kważi xejn… bil-Gvern Laburista baqa’ jagħtihon il-miljuni.

Min-naħa tiegħu d-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li dan il-kuntratt frawdaleti ħalla dejn finanzjarju iżda wkol dejn fis-servizz tas-saħħa ta’ pajjiżna. Dan hekk kif is-sitwazzjoni fl-Isptar Mater Dei kulma jmur qiegħda dejjem tmur lura.. Gvern li wiegħed li se jagħmel ħafna għal dan is-settur mentri fil-verita m’għamel kważi xejn. L-istess sitwazzjoni fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, f’Karen Grech u fl-Isptar San Luqa… stpar li spiċċa f’abbandun totatli.

Stephen Spiteri appella lill-Gvern biex dawn it-tliet sptarijiet jibdew jitmexxew mill-Maltin stess u mhux iktar mill-barranin. Dan hekk kif suppost huwa d-dmir tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tas-saħħa u jħares lill-pazjenti.