‘Triq twila iżda sodisfaċenti’
- Branco Nisevic, kowċ Ħamrun Spartans FC
‘Ninsab kuntent ħafna li ksibna r-rebħ tal-Kampjonat illum minkejja li għad fadal ftit aktar minn xahar għat-tmiem’. Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-kowċ ta’ Ħamrun Spartans Branco Nisevic wara r-rebħa bl-iskor ta’ 1-0 kontra Gżira United. Huwa kompla hekk. ‘Kienet triq twila ħafna li bdiet bil-logħbiet tal-Ewropa fil-bidu ta’ Lulju li għadda. Tul dawn id-disa’ xhur il-players żammew livell għoli ħafna b’wirjiet u riżultati tajbin. Ninsab kuntent li l-fortuna daħqitli li qed immexxi li dan il-grupp ta’ players. Jekk inħarsu lejn il-logħba kontra Gżira United ma’ kienetx faċli peress li huma riedu l-punti wkoll minħabba l-Ewropa. Nixtieq nirringrazzja lill-partitarji numerużi li għal darb’oħra kienu bl-eluf warajna.’
‘Il-gowls jagħtu l-kunfidenza’
- Luke Montebello, Ħamrun Spartans FC
‘Dan il-gowl huwa wieħed mill-aktar importanti li skurjajt fil-karriera tiegħi’. Hekk stqarr l-attakkant ta’ Ħamrun Spartans Luke Montebello wara li skorja l-gowl tar-rebħa kontra Gżira. Montebello kompla hekk. ‘ Il-gowls jagħtu l-kunfidenza lill-attakkanti għax dak huwa mitlub li nagħmlu. Vera li rbaħna l-kampjonat iżda fadal erba’ logħbiet oħra u rridu niffaċċjawhom bi professjonalita sabiex nippruvaw nirbħuhom kollha u nispiċċaw l-istaġun bil-kbir.’
| KLASSIFIKA | L | PTI |
| Ħamrun Spartans | 22 | 59 |
| Gżira United | 22 | 42 |
| Birkirkara | 22 | 41 |
| Balzan | 22 | 40 |
| Hibernians | 22 | 39 |
| Mosta | 22 | 37 |
| Valletta | 22 | 30 |
| Floriana | 22 | 30 |
| Gudja United | 22 | 28 |
| Sirens | 22 | 25 |
| Marsaxlokk | 22 | 24 |
| Żebbuġ Rangers | 22 | 14 |
| Santa Lucia | 22 | 11 |
| Pietà Hotspurs | 22 | 8 |
| L-AQWA SKORERS | GLS |
| Jefferson De Assis (Gżira United) | 16 |
| Jurgen Degabriele (Hibernians) | 14 |
| Elvis Mashike (Ħamrun Spartans) | 13 |
| Angel Torres (Balzan) | 12 |
| Charles Lokoli Ngoy (Żebbuġ Rangers) | 11 |
| Maxuell Maia (Gżira United) | 11 |
| Enzo Cabrera (Birkirkara) | 11 |
| Christ Ememe (Mosta) | 9 |
| Jake Grech (Hibernians) | 9 |
LOGĦOB LI JMISS
KAMPJONAT BOV PREMIER
Is-Sibt 1 ta’ April, 2023
Tony Bezzina Stadium
2.00pm Gudja Utd. – Sirens
4.15pm Żebbuġ R. – Valletta
Stadium Nazzjonali
2.00pm Gżira Utd. – Mosta
4.15pm Balzan – Ħamrun S.
Il-Ħadd 2 ta’ April, 2023
Centenary Stadium
11.30am M’Xlokk – Pieta H.
Tony Bezzina Stadium
3.00pm Santa Lucia – Floriana
Stadium Nazzjonali
3.00pm Birkirkara – Hibernians
//= $special ?>

