Pulizjotta allegata vittma ta’ allegat stupru għal darba darbtejn qalet li hija ma ressqitx rapport mill-ewwel ma’ l-awtoritajiet għaliex kienet mhedda mill-Kuntistabbli li jinsab mixli li stupraha fl-Għassa ta’ l-Imsida. Fil-fatt meta kienet mistoqsija għaliex damet ix-xhur biex titkellem, qalet li l-akkużat kien jheddida.
Il-vittma kienet qed tixhed kontra Kuntistabbli tal-Pulizija li beda għaddej ġuri bla ġurati quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera akkużat li fi Frar tal-2018 u xahar wara stupra Kuntistabbli tal-Pulizija mara fl-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida.
Il-Kuntistabbli li llum għandu 32 sena u li huwa minn Ħaż-Żabbar qed jiġi mixli li fis-16 ta’ Frar ta’ ħames snin ilu stupra liż-żagħżugħa li kellha 23 sena u li xahar wara reġa’ kkommetta l-istess reat fl-istess Għassa tal-Pulizija. L-Imħallef qalet li hi se tkun qed tagħmel l-aċċess fuq il-post (Għassa tal-Imsida) fis-siegħa ta’ filgħodu sbieħ l-Erbgħa.
Huwa qed jiġi mixli wkoll li mmolesta sesswalment tfajla oħra, li wkoll hija Kuntistabbli tal-Pulizija, li kienet taħdem fl-Għassa ta’ Tas-Sliema li jagħmel parti mid-Distrett ta’ l-Imsida fejn ġieli kienet tkun xogħol. Fis-sessjoni tal-ġuri ta’ wara nofs inhar bdiet ixhed l-ewwel allegata vittma permezz ta’ ‘video conferencing’. L-ismijiet tal-akkużat u l-allegati vittmi ma jistgħux jissemmew fuq ordni tal-Qorti.
Hija xehdet li kienet għamlet rapport kontra l-akkużat fuq stupru. Emozzjonata għall-aħħat qalet li għamlet rapport għax xi sitt xhur wara li mar fl-għassa beda jaqbdilha sidirha u l-warrani. Qalet li kienet tgħidlu m’għandux xi jambiha u biex iħalliha bi kwietha iżda ma kienx jieqaf.
L-eks Kuntistabbli tal-Pulizija li ħalliet il-Korp tral-Pulizija sena ilu xehder li fit-30 t’Ottubru tkellmet mas-Surġent iżda ma tantx taha kasha. Kienet qaltlu jdejjaqha li jmissha u weġibha bid-daħqa jekk tridux li jgħidlu, imma ma tantx kienet konvinta bl-attitudni tiegħu.
Spettur mara li ma kinetx taħmilha
Qalet li l-Ispettur Lara Butters li kienet fuqha ma kinetx taħmilha u staqsiet jekk hux forsi għax kienet taraha mara fix-xift tagħhom. Qalet li qatt ma għamlitilha xejn iżda hi ma kellhiex grazzja magħha. Kompliet li wara l-inċident tkellmet mal-Ispettur Mark Mercieca u qaltlu li l-akkużat ittantaha u kien hemm darbtejn fejn stupraha. Kienet kellmitu fit-18 ta’ Marzu.
Mistoqsija għala kien ilha minn Ottubru u rrapportatu f’Marzu, hija qalet għax kien jheddidha ħafna li jekk titkellem itellagħha bord fil-Pulizija. Kompliet tgħid li meta saret taf li qed jagħmel l-istess fuq persuna oħra ma riditx li din il-persuna tgħaddi minn dak kollu li għaddiet hi.
Kompliet tgħid li fit-30 t’Ottubru, 2018, kienet xogħol l-Imsida mis-1pm sad-9.30pm. iżda ma tiftakarx eżatt x’ħin beda jmissilha sidirha u l-warrani minn fuq il-ħwejjeġ. Hija ddeskriviet l-għassa u qalet li dakinhar l-akkużat kien xogħol u beda jmissha iżda waqaf x’ħin qaltlu jieqaf u ħalliet l-istorja tmut.
L-allegata vittma qalet li kien hemm darbtejn oħra fosthom fis-16 ta’ Frar, 2018 fejn għamlilha l-istess. Mistoqsija bejn Ottubru u Frar talbitx tibdel ix-xift, qalet li hekk kien il-ħsieb u baqgħet tidħol għax-xogħol normali. Tenniet li għamlet il-karta biex tbiddel ix-xift imma ma tagħtha lil ħadd.
Qalet li mal-uffiċjal Sean Cumbo biss kienet tkellmet li kien idejjaqha. Qalet li meta kellmet lis-Surġent Brian viċin l-inċident, kienu ħarġu shift fl-ewwel ta’ Novembru. Qalet li kienet marret għax kien heddidha li jekk ma tmurx ħażin għaliha.
Kompliet tispjega li fis-16 ta’ Frar 2018 kienet ‘second watch’, għall-ħabta tas-6pm. Tenniet li l-akkużat kien għarus u kien telaq l-emerġenza ħdejn it-tfajla. Kienet waħedha l-għassa u għall-ħabta tas-6.30pm ġie lura u qallha issa ċ-ċans tagħmilli sess orali. Qal li qabdilha idha u għamilha mal-parti privata tiegħu minn fuq il-qalziet.
Qalet li qaltlu biex jieqaf u jħalliha bi kwieta. Qalet li kienu wara l-bank tal-‘orderly’, minn fejn jaqdu n-nies li jidħlu fl-għassa. Kienet bilqiegħda u mar ħdejha. Wara qabadha minn idha u kaxkarha, ġibidha fil-kamra tas-Surġenti fejn hemm sufan, roża ċar ta’ tliet persuni.
Qalet li imbuttaha fuq is-sufan u għamlet minn kollox biex tqum. Wara ħareġ il-parti tiegħu u qabdilha rasha u qaltlu li ma tridx iżda hu b’saħħtu ħafna. Kompliet tgħid li qajjimha, neħħielha l-qalziet, poġġieha daharha mal-mejda li kien hemm ħdejn is-sufan u prova jippenetraha iżda ma rnexxilux. Qalet li dawwarha bil-kontra u ppenetraha. Qalet li kienet daharha lejh u ma setgħetx tiċċaqlaq.
Kompliet tgħid li ftit wara ħareġ u kompla jimmasturba u mbagħad ġab mopp u mesaħ. Wara kienet marret fejn il-bank għax ma xi ħadd jiffirma l-‘bail book’ u l-akkużat telaq u baqgħet waħedha. Xehedet li fit-8pm kien se jidħol xift ieħor. Qalet li l-akkużat kien jgħajjarha quddiem in-nies fl-uffiċċju, uquddiem tliet nisa. Tenniet lill-Ispettur Merceica kienet semmietlu min huma dawn in-nisa iżda ma tafx jekk kienx bagħat għalihom.
Mistoqsija għala ma setgħetx taħrab minn dan kollu, qalet li beda jżommha, b’saqajh żammilha saqajha u b’idejh żammilha jdejha u għalhekk ma setgħetx tiċċaqlaq. Sostniet li ma kinitx tilbes ċintorin fl-għassa għax ftit qabel kienet welldet tarbija u l-bokkla kienet tweġġagħlha fejn kellha l-punti minħabba li welldet permezz ta’ ċesarja.
Qalet li kien ġibidha minn idha u ħadha fil-kamra tas-Surġenti, li normalment tintuża biex jiġu mitkellma nies mhux quddiem kulħadd fl-Għassa. Qalet li iżda li l-aktar kienu jużawha biex jorqdu fiha. Dwar l-inċident tas-16 ta’ Frar kienet kellmet lil Sean Cumbo. Qalet li kien iddispjaċut ħafna għaliha u qallha biex jitkellmu iżda ma riditx għax beżgħet li jkeċċiha mix-xogħol peress li kellha tifel u riedet tmantnih u li llum għandu sitt snin.
Xehdet li wara s-16 ta’ Frar kien hemm inċident ieħor nhar fis-7 ta’ Marzu meta kienet ‘night watch’ u kienu hi, l-akkużat u żewġ Pulizija oħra. Qalet li dawn it-tnejn marru kienu bdew jilgħabu bl-Xbox fil-kamra tas-Surġenti. Kienet għall-kwiet taqra magazine mal-bank tal-‘orderly’ u l-akkużat mar ħdejha jmissha u bdiet tgħidlu biex ħallha bi kwietha.
GTenniet li hu beda jmur fejn l-oħrajn u jerġa’ jmur ħdejha. Ma qaltlu xejn għax kienet tibża’ minnu. Qalet mill-oħrajn ma kinitx tibża’ iżda kienu ħbieb ħafna tiegħu u hi kienet mara waħedha. Qalet li l-akkużat ġab mara pajżana u ħadha dawra bil-karozza tas-servizz u s-Surġent kien jaf b’dan.
Hija kienet temmen li għaldaqstant is-Surġent ma kienx se jaqbeż għaliha għax kien ħabib ħafna tiegħu. Mistoqsija għala ma qabditx u telqet qalet li dak il-ħin ma ħasbitx hekk. Kompliet li fis-7 ta’ Marzu, fit-3am is-Surġent kien telaq ‘l hemm jorqod għax filgħodu kellu l-Qorti u l-Pulizija l-ieħor kien rieqed fl-Għassa.
Hawn spjegat kif waqt li hi kienet bilqiegħda fuq il-bank tal-‘orderly’ l-akkużat mar ħdejha ġibidha minn idha u ħadha ħdejn il-kitchenette li qiegħda x’ħin tidħol fis-sala. Xehdet li hemm għamel l-istess ħaġa kif għamel fis-16 ta’ Frar, neħħielha l-qalziet u prova jipprenetraha minn quddiem. Qalet li hi kienet tħares lejh daharha mas-sink u ma rnexxielux u dawwarha wiċċha mas-sink.
Kien jitrattaha qiesha biċċa ta’ l-art
L-akkużat ġibidha u pprovat iżżomm mal-bank u s-siġġu iżda imbuttaha biex timxi. Mistoqsija jekk ġabx ruħu b’mod amoruż quddiem kollegi, ix-xhud qalet li quddiemhom le. Qalet li ġieli kien jikteb messaġġi u ma jibgħathomx, imma kien jurihomlha, u kien jgħidilha biex ma jkunx hemm provi. Qalet li l-messaġġi kienu jaqraw “illum iċ-ċans” u nixtieq nagħmel is-sess miegħek fl-Għassa. Qalet li l-kliem tiegħu eżatt kien “nixtieq n****k” u hi kienet tgħidlu “insa – insa”.
Waqt ix-xhieda fit-tagħha xehdet li kien hemm inċidenti oħra fosthom kien hemm darb li biesha u messilha sidirha iżda ma tiftakarx eżatt meta kien. Qalet li ma kienx ħelu magħha, anzi kien salvaġġ kif ikellimha, qisha biċċa tal-art. Qalet li ma kienx ikellimha bil-mod kif ikellem lil oħrajn.
Sostniet li xi drabi kienet tkun ma’ kollega u kien iċempillha jistaqsiha fejn qiegħda. “Kien jaħseb li hu s-surġent tiegħi u kien jgħidli “int tobdi lili u tagħmel li ngħid jien”. Qalet li r-rank tal-akkużat kien bħal tagħha, Kuntistabbli. Mistoqsija għaliex kien jgħidilha li hu s-Surġent tagħha, qalet li ma tafx forsi għax kien iffissa hekk.
Qalet li kienet tkun imdejqa ħafna meta tmur għax-xogħol u meta kienu jseħħu dawn l-inċidenti. Ma kinitx taf x’se taqbad tagħmel. Qalet li fuq il-mobile kellha n-numru tal-akkużat issevjat b’ismu u l-ittri PC u missier it-tifel li għandhom l-istess isem.
Qalet li ħdejn isem il-missier it-tifel kellha x x x iżda wara li tkellmet dwar x’kien qed jagħmilha l-akkużat, xi ħadd ħadilha screen shot tal-mobile bl-isem x x x u dan spiċċa l-Qorti. Qalet li ma kienx iġib ruħu ħażin kuljum u kien idejjaqha għax kien imissha fid-dati li semmiet. Matul il-ġurnata tax-xogħol l-akkużat kien normali quddiem l-oħrajn. Sostniet li kienet tagħmel ħafna fixed points biex toqgħod waħedha mhux ħdejn l-akkużat.
Għawġilha jdejha
L-allegata vittma kompliet tgġid lill-Qorti li l-akkużat kien iċemplilha biex jara fejn qiegħda biex tmur miegħu jqassam riferta. Qalet li kienet tiba’ li se jsawwatha u darba għawġilha jdejha u allura kienet taċċetta li tmur. Dwar it-tieni allegata vittma, ukoll Pulizija kien qallha li l-akkużat ħadha Manoel Island.
Qalet li marret l-għassa u talbitha biex tkellimha. Tenniet li l-allegata vittma l-oħra qaltilha li fil-karozza kellu jkun hemm hi, l-akkużat u Pulizija ieħor iżda ħa lill-Pulizija l-ieħor l-għassa u lilha ħadha Manoel island biex jipprova magħha. Qaltilha li kien messilha saqajha u l-warrani u t-tnejn li huma ddeċidew li ma jistgħux ma jitkellmux u marret l-Għassa ta’ Tas-Sliema u talbet biex tkellem lill-Ispettur Merceica.
Minbarra l-Ispettur Mercieca kien hemm ukoll l-Ispettur Sylvana Gafa u hemm irapportat lill-akkużat. Wara li tkellmet kienet ġiet trasferita għall-Għassa tal-Mosta xi xhur wara. Qalet li l-akkużat qatt ma kien jitkellem dwarha quddiem l-kollegi.
Xehdet li damet fil-Korp tal-Pulizija mill-2015 sal-31 ta’ Jannar, 2022. Qalet li kienet għaddiet minn trawma kbira u nies kienu qed jaħsbu li se tagħmlilhom l-istess, jiġifieri li tirraportahom. Darba fix-xift tal-Mosta kien hemm xi ħadd li qal mhux jtella’ żewġ nisa miegħu għax familja għandu.
Ma sabitx refuġu fil-Korp
Ix-xhud qalet li ma sa sabirx refuġu u li l-Korp ma tahiex appoġġ. Qalet li spiċċst tmur ‘Support Malta’ għand counselor u psikjatra u li dan kienet tagħmlu kull ġimgħa u waqfet xi sentejn ilu. Emozzjanata qalet li qabel it-30 t’Ottubru kienet persuna taf xi trid iżda l-każ affettwaha ħafna. Kienet imbeżżgħa ħafna u kien jaqbada paniku u li t-trawma hemm għadha u ma reġgħetx ġiet kif kienet għalkemm illum aħjar.
Wara sar il-kontro eżami mid-difiża u mistoqsija jekk kellhiex problemi mal-kollegi tal-Mosta, qalet le iżda kienu jafu x’ġara. Qalet li darba Surġent tal-Mosta ħa rapport tal-eks tfajla tal-akkużat iżda ma tafx x’fih. Qalet li ma kinitx tħoss li tal-Mosta kellhom xi issue magħha personali u dwar tal-Imsida qalet li ma tafx wara l-każ.
Fuq l-Ispettur Lara Butters qalet li qatt ma kellha xi tgħid imma jekk toffri kafè lil kulħadd lilha qatt ma offrithielha u kienet tħoss li tibbuljaha. Qalet li darba qaltilha biex tilbes sew meta kienet liebsa qalziet u top. Qalet li temmen li kienet tgħir għaliha għax kienet tkun mal-irġiel.
Il-Kummissarju tal-Pulizija ma ħa l-ebda azzjoni tgħid l-allegata vittma
Dwar l-uffiċjal Alessandra Mamo tenniet li kienet għenitha ħafna, iżda l-Kummissarju ma kienx ħa azzjoni u hi pprovat tgħinha iżda meta marret il-Mosta nbidlet. Qalet li qatt ma ħasbet li Mamo kienet tgħir għaliha u kienet tgħidilha bonġu u ma kinitx tkellimha.
Qalet li masSsurġent Brian kien hemm relazzjoni ħażina u li qatt ma kellha xi tgħid miegħu iżda x’ħin jiġi l-akkużat kien imur miegħu u l-akkużat kien jagħmel li jrid, anke jekk Brian ma baqax l-istess. Mistoqsija li ladarba diġà kellha esperjenza ħażina mal-akkużat, meta t-tieni darba reġa’ qalilha issa ċ-ċans għaliex ma qabditx il-karozza u telqet, qalet li ma kinetx se tħalli l-għassa waħedha.
Qalet li kienet temmnu li se jtellagħha bord u ma riditx titlef l-impjieg għax kellha tifel xi tmantni. Kienet tibża’ li jagħmlilha xi ħaġa u għamlet kuraġġ titkellem biss meta saret taf li beda jagħmel l-istess lit-tieni allegata vittma.
Kompliet tixhed li ma tiftakarx jekk l-Ispettur Gafa qaltilhiex li kien iċemplilha l-akkużat u li hi qatt ma ċemplet lill-akkużat. Qalet li kienet tkellem lil Sean Cumbo iżda ma tafx kemm-il darba. Qalet li kienet tkellmu b’mod regolari u qaltlu kemm wara l-inċident t’Ottubru u anke meta stupraha l-akkużat. Kienet qaltlu jħalliha imma meta jkunu xogħol joqgħod ħdejha.
Qalet li kienet imliet karta fuq il-kompjuter biex tiġi trasferita wara Frar iżda ħallewha hemm. Qalet ukoll li beżgħet mill-bidla. Id-difiża staqsietha x’bidla hi biex tbiddel xift biex ma jibqax jistupraha. Wieġbet li dak iż-żmien ma kinitx qiegħda sew u kienet tibża’ li ma tiġix emnuta.
Mistoqsija jekk kienx hemm xi ħaġa bejnha u bejn l-akkużat, wieġbet fin-negattiv, u sostniet li qatt ma kien hemm. L-Avukat Edward Gatt qalilha li Spettur Mark Merceica kien fehem li bejniethom kien hemm ‘short term relationship’. Il-vittma qalet li qatt ma kien hemm xejn bejniethom.
Mistoqsija dwar ‘screen shot’ ta’ konversazzjoni li kellha ma’ xi ħadd waqt li kienu ikla tal-1 ta’ Novembru qalet ma tiftakarx. Id-difiża qalet li kien hemm problema mas-Surġent Brian għax ma kinetx qed twieġeb it-telephone tal-Għassa u bdew iċemplulha l-Pulizija fuq il-mobile. Qalet li kienet ħadet ‘screen shot’ biex turih lil Brian li ma kinetx qed tlaħħaq.
Id-difiża staqsiet jekk meta stupraha ħallilhiex xi marki u wieġbet li kellha imma ma tiftakarx fejn. Qalet li la marret tagħmel ċertifikat u lanqas ħadet ritratti. Mistoqsija jekk ħallilhiex marki fil-parti privata tagħha la stupru kontra l-volontà tagħha, qalet li kienet muġugħa minn ġewwa.
Mistoqsija li ladarba kellha feriti ma’ ġisimha u kienet muġugħa għala ma marritx għand tabib biex jieħu nota tal-marki li kellha, qalet li ma marritx għax qalet li issa l-istorja tintesa. L-allegata vittma kompliet tgħid li kienet għix mas-sieħeb tagħha u li dak iż-żmien ma qaltlux u ma kinetx qed tkun intima miegħu.
Qalet li qabel l-istupru, wara li kien messha f’Ottubru lanqas ma kienet qalet lis-sieħeb tagħha. Qalet li żammitha għaliha għax bdiet tibża’ u bdiet tinkwieta għall-familja tagħha. L-Avukat Edward Gatt staqsieha li meta kienet f’relazzjoni mas-sieħeb tagħha, kellhiex relazzjoni ma’ Pulizija oħra hija wieġbet le.
L-Avukat Gatt staqsiha min kien Roderick u hija qalet li kien kollega u li ġieli kienu tbewsu imma qatt ma kellhomx x’jaqsmu flimkien. Staqsieha jekk lill-akkużat kinitx qatlu dwar Roderick u wieġbet li ma tiftakarx. Gatt staqsa wkoll dwar xi ħadd Galdes li kien jaħdem f’xift ieħor u jekk qattx bisitux. Hawn hija wieġbet fin-negattiv.
L-allegata vittma qalet li Pulizija li kien l-Għassa ma sema’ xejn għax jorqod fil-fond
Mistoqsija jekk qattx qalet xi ħaġa fuq il-parti privata tal-akkużat, qalet li kienet tgħid jaqq x’annimal u li dan qalitu ma’ Cumbo. Hija ċaħdet li qatt tkellmet fuq id-daqs tal-parti ġenitali tal-akkużat. Id-domandi minn naħa tad-difiża komplew b’rittmu mgħaġġel bid-difiża tistaqsi dwar il-Pulizija l-ieħor li kien rieqed fl-Għassa meta seħħ l-allegat stupru.
Ġiet mistoqsija kif seta’ ma sema’ xejn meta hi ma riditx ikollha x’taqsam mal-akkużat. Hi qalet li dan kien jorqod ħafna fil-fond. L-Avukat staqsa wkoll jekk m’għaddilhiex minn rasha toħroġ fil-parapett tgħajjat għall-għajjut jew tieħu l-pepper spray minn maċ-ċintorin. Hawn qalet li m’għaddhilhiex minn moħħha.
Dan peress ukoll li kienet imwerwra ħafna minnu għax kien jgħidilha li se jtellagħha bord. Qalet ukoll li kieku għajtet il-Pulizija l-ieħor ma kienx se jismagħha. Mistoqsija oħra kienet jekk qattx talbet flus lill-akkużat. Qalet li talbitu d-danni minħabba dak li għaddieha minnu. L-Avukat Gatt qalilha li mhux veru għax talbitu €10,000, u hi qalet li qed tfittxu għad-danni imma ma talbitux ammont fiss.
Id-difiża staqsiet jekk ir-relazzjoni bejn iż-żewġ allegati vittmi kinetx tajba. Ix-xhud qalet li ma kinux ‘best of friends’ imma kienu kollegi. Qalet li l-allegata vittma l-oħra qaltilha li pprova għal magħha wkoll, fejn messilha saqajha u l-warrani.
L-Avukat Gatt qal li mhux veru li tkellmet biex taqbeż għall-allegata vittma l-oħra iżda għax indannat għax wara li kellu x’jaqsam magħha darbtejn, tefa ħarstu fuq oħra. Qal li kienet tibża’ tant u f’dan l-ambjent kollu riedet taqbeż għall-allegata vittma l-oħra.
Id-difiża qalet li l-fatt li tefa’ għajnejh fuq l-oħra kien ikollha moħħha mistrieħ li mhux se jmissha aktar u l-istorja tmut hemm. L-Avukat Gatt qallha li għadha fiċ-ċans li tgħid il-verità u staqsieha x’se tagħmel. Dak il-ħin fl-awla waqa’ s-silenzju.
Id-difiża fakkritha li kienet kellmitha uffiċjal tal-probation u staqsietha għala kienet tinkwieta li kien bniedem possessiv minflok fuq l-istupru. Hi qalet għax kien isemmilha t-tifel u kien jgħidilha; ‘ma nafx kif tieħu ħsiebu int’. Id-difiża qaltilha ma beżgħetx tpartat xogħol f’Paceville bla permess iżda beżgħet tirrapporta stupru.
Hi wieġbet li kulħadd kien ibiddel id-‘duties’ u ma kinitx taf li se taqla ‘warning’ fuq hekk. Id-difiża qaltilha li kienet tirreferi għall-akkużat ma’ pulizija ieħor bħala annimal u lill-probation officer qaltilha li trid l-akkużat imur il-ħabs, bix-xhieda tal-eks Kuntistabbli.
L-Erbgħa filgħodu mistennija tixhed it-tieni vittma li allegatament ġiet immolestata. Il-Qorti ordnatilha biex ma tagħmilx kuntatt mal-ewwel vittma u biex lanqas tara rapportaġġ tal-ġuri fuq il-media. Wara xehed l-Ispettur Joseph Busuttil li kien wieħed mill-investigaturi fil-każ.
Tenna li kien informah l-Ispettur Mark Mercieca li flimkien ma’ Sylvana Gafa kienu kellmu lil żewġ tfajliet dwar każ li jikkonċerna lil vice squad u qalulu biex jidħol fl-investigazzjoni. Kienu infurmawh li diġa kienu ħadulhom stqarrija bil-miktub.
L-ewwel allegata vittma kienet qalet li kienet l-Għassa mas-surġent Brian u l-Kuntistabbli Alan. Kienu ‘night watch’ u s-Surġent u Alan bdew jilagħbu logħba. Qal li wara s-Surġent Brian kien telaq ‘l hemm u Alan daħal fil-kamra tas-Surġenti u daħal jorqod fuq sufan li hemm.
Qal li magħhom kien hemm l-akkużat li baqa’ l-Għassa mal-allegata vittma u ħin minnhom qabadha minn idejha ħadha fuq in-naħa ta’ ġewwa u sfurzha biex ikollha x’taqsam miegħu sesswalment. Qal li kien hemm okkażjoni oħra fejn ġraw affarijiet simili fl-istess Għassa. Qal li din kienet dikjarazzjoni tal-ewwel vittma.
Qal li l-każ tat-tieni vittma ma kienx stupru iżda każ ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol. Qal li kienu marru Għassa ta Tas-Sliema biex isibu Pulizija mara biex iqassmu riferta lil xi prostituta. Qal li baqgħu fil-karozza l-akkużat u l-vittma u ma sabux lil min riedu jqassmu riferta, u marru Manoel Island u hemm l-akkużat għamel avvanzi sesswali u hi għamlet għalih.
Tenna li darba oħra fil-karozza qrib il-Qorti kienu fil-karozza jistennew lil xi ħadd, u l-akkużat qal lill-allegata vittma biex imorru ‘weekend break’ xi mkien u hi qaltlu le u kien messilha saqajha. Xehed li meta arrestaw lill-akkużat qalilhom li veru kien hemm darbtejn imma kollox kien bil-kunsens tal-allegata vittma.
Dwar dan kien reġa’ bagħat għall-allegata vittma u qalilha imma daqsxejn diffiċli biċ-ċintorin tal-uniformi. Qaltli li ma kinetx qed tilbes ċintorin tas-servizz u minħabba punti għax kienet welldet permezz ta’ ċesarja. Tenna li dejjem baqgħet konsistenti f’dak li qalet.
Qal li reġgħu kellmu lill-akkużat u nfurmawh b’dawn l-affarijiet ġodda li kellu u wieġeb li xtaq jirrilaxxa stqarrija oħra bl-avukat preżenti. Tenna li ċemplu l-avukat u dam madwar 10 minuti jikkonsulta miegħu f’kamra ħdejn l-uffiċċju tiegħu. Qal li l-avukat qallu li l-aħjar jagħmluha bil-miktub. Qal li fl-istqarrija ammetta li kellu x’jaqsam magħha, talab skuża u li kieku jerġa jmur lura ma kienx se jagħmel l-istess.
Id-difiża staqsiet lill-Ispettur Busuttil meta taw lill-akkużat d-disclosure qabel l-ewwel stqarrija. Staqsiet ukoll dwar li wara li bagħtu l-akkużat l-lock up wara l-ewwel stqarrija fejn l-Ispettur Mercieca baqa’ miegħu. Ix-xhud qal li hekk jaħseb imma għadda ħafna żmien ma jiftakarx.
Waqt il-kontro eżami ġie mistoqsi jekk meta kellem lill-allegata vittma, l-Ispettur Mercieca kienx miegħu, ix-xhud wieġeb li mhux ċert, u jekk kienx ċert li kellem lill-allegata vittma għax l-Ispettur Mercieca ma qalx li kien kellimha. Ix-xhud wieġeb li hu kien kellimha żgur u li ma kellimhiex qabel l-ewwel stqarrija tal-akkużat.
Ix-xhud qal li meta jkollu każijiet bħal dawn jistaqsi jekk hux rapport falz u dan ma kellu xejn differenti minn każijiet oħra. Mistoqsi jekk hux għalhekk staqsieha dwar iċ-ċintorin, hu qal li staqsieha kif stupraha biċ-ċintroin, bl-underbelt u weġbitu li ma kellhiex minħabba l-punti. L-Avukat Gatt qal li lit-tifel wellditu sena u nofs qabel u għalhekk dan ma jagħmilx sens.
Akkużi oħra
Il-Kuntistabbli qed jiġi mixli wkoll li arresta u ssekwestra lill-vittma kontra l-volontà tagħha, li kkommetta fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol Il-Kuntistabbli qed jiġi mixli wkoll li wettaq reat li kellu d-dmir li jimpedixxi bħala uffiċjal fil-Korp tal-Pulizija. Il-Prosekuzzjoni qed titlob lill-Qorti biex f’każ ta’ ħtija huwa jiġi kkundannat bejn ħamsa u 40 sena ħabs.
Meta tressaq il-Qorti ħames snin ilu b’rabta ma’ dan il-każ l-akkużat kif spiċċa infexx jibki fl-awla.Il-Kuntistabbli kien ilu li daħal fil-Korp tal-Pulizija tliet snin biss. Fil-bidu tas-seduta, il-Qorti kienet ordnat divjet fuq l-isem tal-akkużat minħabba n-natura tax-xogħol tal-vittmi nvoluti f’dan il-każ. L-istess ordni ngħatat ukoll mill-Imħallef Scerri Herrera.
L-Att tal-Akkuża tgħid li l-vittma ta’ stupru kienet issieħbet fil-Korp tal-Pulizija fl-2015 bħala Kuntistabbli u ġiet stazzjonata fl-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida. Hija kienet kuntenta ħafna fuq il-post tax-xogħol u bdiet tippjana sabiex tibni familja, tant li fl-2016 kellha tarbija flimkien mas-sieħeb tagħha.
L-akkuża tgħid ukoll li f’April tal-2017 l-akkużat beda jaħdem l-istess shift magħha, fatt li ssarraf f’għawġ kbir għall-vittma. Minkejja li għal bidu l-akkużat beda jġib ruħu b’mod normali fil-konfront tagħha, wara sitt xhur beda jieħu kunfidenza żejda u jittantaha sesswalment.
L-akkuża tgħid li wara l-ewwel u t-tieni stupru l-akkużat wettaq atti ndiċenti fl-Għassa tal-Pulizija u li ġranet wara ttanta Kuntistabbli oħra tal-Pulizija, fejn din irrappurtatu kif irrappurtat ukoll l-istupra għal darba dartejn li kien wettaq fuq il-kollega tagħha.
Xhur jippersegwita lill-vittma
Minkejja li hi għamlitilu ċara li ma kenitx interessata fih u li kellha sieħeb, u saħansitra tarbija, l-akkużat baqa’ jippersisti b’dan l-aġir tiegħu tant li fit-30 ta’ Ottubru 2017, filwaqt li qalilha “ejja ħa nurik x’naf jien!” biesha fil-forza kontra r-riedha tagħha. Dan l-aġir abbużiv kollu seħħ fl-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida.
Minn dak inhar, tkompli tgħid l-akkuża, l-Kuntistabbli baqa’ jittanta lill-kollega b’mod goff, billi jaqbdilha l-warrani u sidirha meta jsib ruħu waħdu magħha fuq il-post tax-xogħol, dejjem kontra r-rieda u l-volontà tagħha. L-akkuża tgħid li fis-16 ta’ Frar, 2018, l-aġir abbużiv u llegali tal-akkużat ħa dimensjoni ferm aktar serja.
Għall-ħabta tas-6.30pm. waqt li l-akkużat u l-vittma kienu waħdehom l-Għassa tal-Pulizija, hu ma bilqiegħda ħdejha u talabha biex tagħmel is-sess orali fuqu. Hi rriffjutat, u f’dan il-ħin qabadha minn idha u ġibidha l-ġewwa bil-forza, f’kamra aktar il-ġewwa fl-Għassa. Hawn imbuttaha fuq is-sufan u wara li beda jissara magħha għax ma rieditx tagħmel l-atti li ried hu, kien pront ħatafha minn idejha, rassha ma mejda u pprova jistupraha.
Hi bdiet tgħidlu biex jieqaf u rreżistiet kemm felħet biex ma tiġix stuprata, hawn hu dawwarha forza biex ġiet dahra lejh, baxxiha għal fuq il-mejda, u stupraha. L-akkuża tgħid li x’ħin inqeda biżżejjed beda jimmasturba lilu nniffsu. Wara li seħħ dan l-episodju, l-akkużat, qed tgħid il-Prosekuzzjoni hu adotta komportament patronanti u kemmxejn aggressiv fil-konfront tagħha fuq ix-xogħol sakemm fis-7 ta’ Marzu, 2018, reġa’ stupraha.
Hi kienet xogħol ‘night watch’ fl-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida, flimkien mal-akkużat, Kuntistabbli ieħor u Surġent. Għall-ħabta tat-3am. is-Surġent mar jistrieħ id-dar għax filgħodu kellu xi xogħol il-Qorti filwaqt li l-Kuntistabbli l-ieħor ma jieħu nagħsa fuq is-sufan fejn l-Kuntistabbli allegarament stupra lil mara, l-ewwel darba.
Stupraha waqt li Kuntistabbli ieħor kien qed jistrieħ l-Għassa
L-akkużat kien diġa pprova jittanta lill-Kuntistabbli kollega vittma ftit qabel, iżda għall-ħabta tat-3.30am. mar ħdejha, ġibidha minn idejha bil-forza għal għol kitchenette tal-Għassa, dawwarha wiċċha lejn is-sink, b’mod li ma setgħetx taħrab, u reġa’ rrepeta l-atti.
L-att tal-akkuża tgħid ukoll li xi ġranet wara, pprova jittanta Pulzjotta żagħżugħa oħra, kollega tal-vittma, u din għamlet rapport dwar dak kollu li ġara lis-superjuri tagħha. Meta kien interrogat l-ewwel darba mill-Pulizija, kien ammetta li kellu x’jaqsam sesswalment mat-tfajla, iżda dan kollu kien sar bil-kunsens tagħha, anzi qal li kienet tħajjru u tinstigah għas-sess.
Madankollu, tgħid il-Prosekuzzjoni, fid-19 ta’ Marzu tal-2018, fi stqarrija oħra, fil-preżenza tal-avukat tiegħu, skara dak li kien qal u tenna li għal darbtejn kellu x’jaqsam mal-Kuntistabblu mara, kontra r-rieda tagħha u li xtaq jitlobha skuża għas-sofferenza li kkaġunalha.
L-ewwel xhud kien l-Ispettur Mark Mercieca li spjega kif l-vittma li kienet ġiet stuprata kienet qaltlu x’ġara u li kienet ġiet stupratra darbtejn filwaqt li l-Pulizjotta l-oħra qaltlu li kien jittanta u joqgħod jaqbad il-partijiet intimi tagħha iżda li qatt ma stupraha. Huwa kien qedd jiġi mistoqsi mill-Avukat Edward Gatt għad-difiża fejn id-domandi se jkun u qegħdin isiru mingħandu filwaqt li l-kollega tiegħu Franco Debono se jkun qed jieħu ħsieb id-difiża tal-akkużat.
Ix-xhud ikkonferma dak li hemm fl-att tal-akkuża fejn qal li l-akkużat kien ilu jimmolesta għal diversi xhur. Hu spjega wkoll kif inhuma mqassma l-kmamar tal-Għassa tal-Imsida fejn il-Qorti qalet li kienet se tagħmel aċċess fuq il-post. L-Ispettur Mercieca qal li huwa kien staqsa lill-vittma stupratra għaliex marret għandu u mhux għand l-Ispettur tal-Għassa tal-Imsida, u din qaltlu li għax beżgħet li ma tiġix emmnuta għax ukoll fl-Għassa tal-Imsida kienet ta’ spiss tiġi bullied.
Il-vittma mhux stuprata qalet ukoll lill-Ispettur xhud li l-akkużat kemm il-darba kien immissilha saqajha fil-karozza tas-servizz u anke qalilha biex tmur weekend break u li darba kien anke messilha saqajha wara li ħarġet mill-karozza biex tagħti ċitazzjoni.
Kien anke meta jkun qed isuq ineħħi jdejh minn fuq il-‘gear lever’ u jaqbdilha kuxtejha u li biesha fl-Għassa wkoll kontra l-volontà tagħha. Ix-xhud ikkonferma wkoll li l-akkużat bidel il-verżjoni tiegħu mill-ewwel stqarrija għat-tieni waħda.
Meta marru biex ikellmuh kien għand it-tfajla
Id-difiża staqsiet jekk il-vitma kienx ikollha ‘night duties’ u kinetx tilbes pajżan. L-Ispettur wieġeb fl-affermattiv. Id-difiża staqsiet kinetx tilbes qasir u skullat, bil-Prosekuzzjoni tgħid mhux relevanti għall-każ u x-xhud jgħid li ma kienx jagħti każ. Qal li l-allegata vittma kienet fetħer qalbha l-ewwel darba mas-Surġent Brian f’Novembru, 2017 u talbitu ma jkellimx lill-akkużat. L-Ispettur Martin Mercieca qal li l-allegati żewġ vittmi ma kinux jitkellmu bejniethom.
Dwar l-akkużat, ix-xhud qal li ma kienx ċċekkja l-kondotta tiegħu. Qal li meta arrestah l-ewwel mar ix-Xgħajra iżda ma kienx hemm u ċempillu u għarfu li kien il-Birgu għand it-tfajla. Qal li ħareġ barra biex ma jitkellmux quddiem it-tfajla u marru fejn il-ground tal-futbol, arrestawh u żammewh fil-lock up sa xħin ġie l-avukat.
L-Ispettur qal li huwa minnu li kien stazzjonat l-Għassa ta’ Tas-Sliema, imma kien ilaħħaq kemm il-darba l-Għassa ta’ l-Imsida. Ir-raġuni li ħa l-każ f’idejh hu u mhux l-Ispettur Lara Butters ta’ l-Imsida, għax beżgħet li ma kinitx se tiġi emmnuta. Qaltlu li ma’ Butters kellha problema għax ma kinitx se temmina.
Ix-xhud qal li l-vittma qaltlu li anke l-Ispettur Butters kienet tadotta ‘bullying fil-konfront tagħha. L-Avukat Gatt staqsa għaliex ix-xhud ma ħass li jiddeffes fiha hu dwar dak li allegatament kienet tagħmel Butters lilha. Dwar kif kien isir il-‘bullying’ mill-Ispettur, ix-xhud qal li waqt ix-xogħol waqt li kienu jagħmlu l-kafè, kien isir diskors “lil dik tagħmlulhuex kafe,”.
L-Ispettur qal li ma jafx jekk l-vittma dejjem ta’ stupru kinitx għamlet rapport dwar ‘bullying’. Ħareġ ukoll li jista’ jkun li l-vittma kellha problemi mal-Assistent Kummissarju Alexandra Mamo għax kienet tibdel ix-xifts mingħajr ma tinforma lis-superjuri tagħha. Ix-xhud qal li din hija xi ħaġa normali u li Mamo qatt ma kellmitu dwar dan. Mistoqsija oħra kienet li s-Surġent Brian kien qallu li kienet fetħet qalbha miegħu.
Dwar meta ġie arrestat, qal ix-xhud kien mitkellem dak inhar stess. Qal li kienu qalu l-akkużat fuq dak li allegatament kien ikkommetta fuq l-atti sesswali kontra l-volontà tal-vittmi. L-Avukat Gatt staqsa jekk kienx hemm xi ħaġa ‘oltrè’ bejniethom, jiġifieri l-akkużat u l-allegat tfajla li ġiet stuprata. Qal li huwa minnu li fl-ewwel stqarrija kellu dubju fuq dak li kien seħħ. Sostna li ż-żewġ nisa kienu għamlu r-rapport flimkien fuq il-każ.
Ix-xhud qal ukoll li wara l-ewwel stqarrija kienu għadhom qed jikkonfermaw il-fatti u jikkonsultaw mal-atti. Id-difiża qalet li kienet ‘issue’ għall-Pulizija li l-ewwel allegata vittma tkellmet meta l-akkużat tefa’ għajnejh fuq it-tieni allegata vittma.
Fil-Qorti nqrat waħda mill-istqarrijiet mill-atti u d-difiża tistaqsi lix-xhud li kien mingħalih li l-akkużat u l-ewwel allegata vittma kellhom relazzjoni flimkien għax kieku ma kienx jistaqsi jekk dan seħħx wara li spiċċa mill-ewwel allegata vittma. Ix-xhud qal li kien konxju li kien hemm relazzjoni u għalhekk ma setgħux jibqgħu jaħdmu fl-istess għassa.
Komplew jinqraw l-atti bl-akkużat fihom jgħid li ma riedx mal-ewwel allegata vittma u li ġara bejniethom kien ħela ta’ ħin. Ix-xhud qal li l-akkużat kien iddikjara li kellu x’jaqsam mal-ewwel allegata vittma. Mistoqsi jekk xtaqx rapport mat-tieni allegata vittma, l-akkużat kien qal le għax mat-tieni allegata vittma xtaq ikollu relazzjoni twila.
Xtaq relazzjoni mat-tieni allegata vittma
Ix-xhud iċċara li meta tkellem mal-akkużat, l-akkużat kien qal li kellu x’jaqsam mal-ewwel allegata vittma u li kien bil-kunsens tagħha iżda hi qalet mingħajr il-kunsens tagħha. Ix-xhud qal li l-akkużat kien qallu li t-tieni allegata vittma kienet togħġbu u xtaq relazzjoni twila magħha u mhux waħda sesswali biss.
Ix-xhud ċaħad li qal li l-akkużat se jibla’ xeba’ ħabs għax mhux se jitwemmen u se titwemmen il-vittma u ċaħad ukoll li kien se jammetti kien se jiffranka xeba’ ħabs. Dwar kif kien l-istat tiegħu qal li kien normali, jibki u jpejjep sigarett u qal li ma jiftakarx li qalilhom ‘iftħuli t-tieqa ħa naqbeż’.
Dwar il-ħin bejn iż-żewġ stqarrijiet u kemm dam fil-lockup l-akkużat bejn l-ewwel u t-tieni statement, ix-xhud qal li għamel lejl żgur u nofstanhar ieħor. Mistoqsi jekk jaqbilx li l-ewwel ħa l-istqarrija tal-ewwel allegata vittma, imbagħad tat-tieni u wara tal-akkużat, ix-xhud wieġeb iva.
Ix-xhud spjega li fil-kamra kienu hu, l-ispettur Joseph Busuttil, l-avukat u l-akkużat. Iżda d-difiża baqgħet tinsisti li kien hemm aktar Pulizija u li b’kollox kienu ħamsa. L-Ispettur Merceica baqa’ jiċħad li kienu ħamsa fil-kamra waqt l-interogazzjoni. L-Avukat Gatt qal li bagħtu għall-akkużat għat-tieni stqarrija mhux għax kellhom provi, għax ma kellhom xejn u l-ħsieb kien biex iġiegħluh jammetti.
L-Ispettur Merceica qal li kien ġibed l-attenzjoni lis-Surġent Brian dwar ċertu nuqqasijiet bħal jitilqu mix-xogħol u jorqdu hemm, jiġifieri fl-Għassa tal-Pulizija ta’ l-Imsida. Id-difiża kompliet tisħaq li fit-tieni stqarrija kienu ħamsa fil-kamra mal-akkużat.
Ix-xhud jerġa’ jwieġeb fin-negattiv u li kienu hu, l-Ispettur Joseph Busuttil, l-akkużat u l-avukat. Id-difiża għamlet talba biex jinġiebu il-‘logs’ tal-lock up biex ikun magħruf eżatt kemm damet it-tieni stqarrija. Ix-xhud qal li damu żgur nofs siegħa sakemm ġie l-avukat, bid-difiża ma taqbi;lx.
Il-Prosekuzzjoni staqsiet għar-relevanza ta’ dan kollu, bl-Imħallef twieġeb li minħabba l-kredibilità tax-xhud. Ix-xhud qal li minn meta tela’ u ġie l-avukat għaddiet madwar nofs siegħa. Qal li jekk l-avukat għamel sagħtejn ikellmu dak ma jiġix logged.
Ix-xhud kompla jiċħad li ġiegħlu lill-akkużat jammetti. Id-difiża staqsiet x’kienet il-prova li wasslet biex fit-tieni stqarrija l-akkużat ammetta. Ix-xhud qal li l-akkużat qatt ma qal li mess sesswalment lit-tieni allegata vittma. Qal fl-ewwel stqarrija ma kinux konklużi u riedu jkomplu jinvestigaw.
Qal li t-tieni stqarrija ttieħdet wara li tkellmu man-nies involuti fix-xift. Ix-xhud qal li b’dak li qallu s-Surġent, dehrlu li l-akkużat ma kienx kredibbli u għalhekk ħadulu t-tieni stqarrija. Qal li ntalbu biex l-istqarrija ma ssirx awdjoviżiva imma bil-kitba.
Hawn intalab l-‘log book’ tal-ħinijet tal-lock up sabiex l-Imħallef tara jekk hemmx konsistenza bejn l-Ispetturi. L-Ispettur Bonnici u Mercieca tqiegħdu f’kamra differenti biex ma jiltaqgħux. L-Imħallef qalet li riedet liż-żewġ Spetturi ma jikkomunikawx.
Il-vittma li allegatament ġiet stuprata telqet mill-Korp tal-Pulizija
Wara xehdet l-Ispettur Sylvana Gafa li taħdem fit-Taqsima tal-Vjolenza Domestika qalet li fis-17 ta’ Marzu 2018, l-Ispettur Mark Mercieca kien qalilha li hemm Kuntistabbli li xtaqet tagħmel rapport dwar abbuż sesswali. Hi qalet li għall-ewwel ma kinitx rat għajnejn ħażina minnu, iżda mit-30 ta’ Ottubru ta’ qabel beda jimmolesta u jaqbad magħha, sakemm wasal biex għamel dak li għamel.
Qalet li skont il-vittma kien jaqbad magħha ta’ spiss jagħmilla xi mossi sesswali, jkellimha b’mod doppju sens u sar pussessiv ħafna fuqha. Ix-xhud qalet li l-vittma qaltilha li kien jaqbad magħha meta kienet tkun waħedha. Kien ukoll jgħajjarha u jgħajjat magħha. Ippruvat ukoll tbiddel ix-xift imma kollox baqa’ l-istess. Qaltilha li maż-żmien beda jittanta lil xi ħadd ieħor u ma xtaqitx li ħaddieħor jgħaddi minn dak li għaddiet hi.
Ix-xhud qalet li kienu tkellmu mal-vittma l-oħra li ġietx stuprata, u li din kienet taħdem l-Għassa ta’ Tas-Sliema. Meta darba marret b’karozza tal-post b’riferta u beda jinsisti magħha biex toqgħod ħdejh quddiem. Waqt li kienu fil-karozza beda il-ħin kollu jaqbdilha saqajha, fejn qaltlu li bħalha, hu għandu għarusa.
Kull darba li bdiet toħroġ mill-karozza fil-ħin li kien id-dlam beda jaqbdilha l-warrani. Kien offrielha li jeħodha ‘weekend break’ u dwar dan kienet kellmet lis-Surġent. Ix-xhud qalet li l-vittma li ġiet stuprata kienet ħażin u bdiet tieħu t-terapija u li anke kienet qed tassistiha.
Qalet li fuq il-post tax-xogħol ma bdietx tħossha komda, u wara bdiet taħdem f’uffiċċju u anke telqet mill-Korp tal-Pulizija minħabba li ħassitha trawmattiżata ħafna. Il-vittma l-oħra għandha karattru aktar b’saħħtu, qalet ix-xhud. Il-Kuntistabbli allegatament stuprata telqet mill-Kopr madwar sena ilu.
L-Ispettur Gafa qalet ukoll dwar inċidenti oħra li jinvolvu lit-tieni allegata vittma bħal meta waqt li kienet qed tixtri mill-vending machine mar minn warajha jbusha. Qalet li wara wrieha messaġġ li ma bagħatx u li kien jaqra “li hu mhux għas-sess imma biex ikun jafha aħjar.”
Qalet li l-ewwel allegata vittma, allegatament stuprarta bagħtuha għall-appoġġ fejn għadha tattendi sal-lum u rrikorriet ukoll għand il-“Women’s Rights Foundation” għal pariri legali. L-allegata vittma telqet minn pulizija għax l-esperjenza baqgħet tinfluwenzaha.
Wara li għamlet ir-rapport l-ewwel vittma ħafna mill-Pulizija bdew jiddejjqu minnha għax ħasbu li lilhom kienet se tirrapportahom fuq l-iċken affarijiet. Meta wieġbet mistoqsija tal-Imħallef Scerri Herrera, ix-xhud qalet li l-vittma ma bdiet tgħajjat waqt li kienet qed tiġi stuprata, anke jekk kien hemm uffiċjal ieħor fl-Għassa tal-Pulizija.
Dan għaliex l-akkużat huwa “big boy” u li kienet tibża’ minnu. uq statement tad-difiża x-xhud kkonfermat li l-vittma ta’ stupra għamlet ir-rapport wara li l-akkużat beda jittanta lit-tieni vittma. Wara tela’ fuq il-pedana tax-xhieda l-Ispettur Matthew Galea fejn hu nġib mill-Qorti biex jikkonferma li hu kien arrestat u taħt il-kontroll tal-Ispetturi Mercieca u Busuttil.
Id-difiża qalet li meta suppost ġiet stuprata hi ma rrapportatax però meta saret taf li l-akkużat ittanta lit-tieni allegata vittma, irrapportat. Ix-xhud qalet li rapprotat meta l-akkużat beda jagħmel lit-tieni allegata vittma kif kien għamel lilha fil-bidu.
Huwa ċċekkja ir-records fejn irriżulta li ġie arrestat fit-18 ta’ Marzu 2018, fil-ħin tas-5.45pm. Huwa ttieħed il-lock-up fis-6pm. L-ewwel moviment tiegħu kien rekordjat li seħħ 10 minuti wara għal siegħa ta’ investigazzjoni. Fis-6.45pm. huwa eżerċità d-dritt għar-rappreżentazzjoni legali.
Huwa reġa’ ttieħed fiċ-ċella fit-9pm. L-għada, 19 ta’ Marzu, huwa reġa’ nħareġ fit-3pm. u rritorna sagħtejn wara, eżattament fis-5.47pm. “Imbasta nofs siegħa biss qal l-Avukat Edward Gatt fejn kien qed jikkumenta għal dak li xehed l-Ispettur Mercieca.
Wara nofs inhar l-Ispettur Matthew Galea kompla jixhed dwar il-ktieb li fih tliet noti ta’ meta l-akkużat ikkomunika mal-avukat. Dan kien fit-18 ta’ Marzu, 2018 bejn is-6.05pm sas-6.06pm b’telefonata. Dakinhar stes bejn 7.15pm u 7.42pm laqgħa fiżika u fl-20 ta’ Marzu, 2018 mill-10.30 sal-10.35am b’telefonata.
L-Avukat Gatt staqsa jekk meta ttieħdet it-tieni stqarrija tal-akkużat fid-19 ta’ Marzu, ma ġiex dokumentat li mar l-avukat. Xhud qal li mhux imniżżla. Mistoqsi dwar ir-raġuni li hemm miktuba ħdejn għaliex hu arrestat, xhud wieġeb “Violent indesenct assault”. Edward Gatt staqsa jekk hemmx stupru.
Il-Prosekuzzjoni staqsiet jekk isirux laqgħat mal-avukat barra mil-‘lawyers room’ u xhud qal li ġieli jsiru laqgħat mhux fil-‘lawyer’s room’ u ma jiġux reġistrati. Edward Gatt staqsa jekk fid-19 ta’ Marzu, f’xi ħin qabel il-5.15pm ġietx irreġistrata li l-avukat kellem lill-akkużat u xhud wieġeb li le.
Il-maġġoranza tax-xhieda f’dan il-ġuri huma membri tal-Korp tal-Pulizija. Għall-akkużat qed jidhru l-Avukati Franco Debono u Edward Gatt. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija kienu tmexxew mill-Ispetturi Joseph Busuttil mit-taqsima tal-Vice-Squad u Mark Mercieca. L-Avukat Angele Vella u Darlene Grima huma l-Prosekuturi f’isem l-Avukat Ġenerali.
//= $special ?>