Lokali Parlament

L-anzjani u l-pensjonanti qed ibatu min-nuqqas ta’ investiment

Paula Mifsud Bonnici, PN

Id-deputat Nazzonalista Paula Mifsud Bonnici qalet fil-parlament li l-anzjani u l-pensjonanti qed ibatu min-nuqqas ta’ investiment mill-gvern.

Paula Mifsud Bonnici qalet lil-gvern jiggarantixxi ċertezza u stabbilta għalihom biss u sostniet li hu surreali kif il-gvern imur il-parlament jiftaħar kemm għandu qalbu maż-żgħir propju wara l-iskandlu tal-isptarijiet.

Il-poplu ma jridx iktar min jgħaddih biż-żmien, sostntiet id-deputat Nazzjonalista, li qalet l-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika juri sin is-sitwazzjoni iżda minflok il-gvern jammetti r-responsabbiltà, il-gvern jipprova jitfa’ t-tort fuq l-Oppożizzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li Vitals u Steward ma wettqux l-obbligi kuntrattwali tagħhom tant li l-poplu ħareġ €400 miljun bla ma ħa xejn lura. B’€400 miljun, ħafna nies setgħu jinqatgħu mill-faqar u tkun kontrollata l-għoli tal-ħajja, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li l-aktar persuni li jbatu minħabba l-korruzzjoni huma l-aktar nies vulnerabbli.

Il-faqar kiber fejn hawn familji u anzjani li ma jaffordjawx jixtru l-aqwa mediċini u ma jaffordjawx jieħu l-kura fi sptarijiet priavti jew jieħdu l-kura barra minn Malta. Dan filwaqt li hemm dewmien fl-appuntamenti, Emerġenza li fiha n-nies idumu siegħat twal biex jinqdew, sodod fil-kurituri u pazjenti qishom qiegħdin ġo bunker bla twieqi taħt il-livell tal-art. Din hi d-dinjità li ħaqqhom il-pazjenti Maltin?

Il-gvern issa qed jgħid lill-infermiera li m’għandux flus biżżejjed biex itejjeb il-kundizzjonijiet tal-infermiera.

Hi qalet li qabel l-elezzjoni l-gvern ta żidiet fil-pensjonijiet iżda llum il-gvern qed jitlob lura l-pensjoni żejda li hu ta. Qed kun hemm dewmien esaġerat biex persuni jingħataw il-pensjonijiet u l-allowancies b’konsegwenzi negattivi fuq il-pensjonanti.

Id-deputat nazjzonalista semmiet il-home help u qalet hawn mijiet ta’ anzjani li qed jistennew dan is-servizz fejn anki hu stabbilit li f’Għawdex il-Ministeru għal Għawdex kien qed jabbuża għaliex il-home help ma kienx qed jingħata lill-anzjani iżda kien qed jingħata lid-dipartimenti.