Jerome Caruana Cilia, PN
Id-deputat Nazzjonalista Jerome Caruna Cilia qara fil-parlament ittra li Isabelle Bonnici, omm Jean Paul Sofia, bagħtet lid-deputati kollha u li fiha qed tappella biex issir inkjesta dwar il-mewt ta’ binha li seħħet fit-3 ta’ Diċmebru 2022 meta kkrolla bini f’Kordin.
Fl-Aġġorament ta-parlament Jerome Caruana Cilia tkellem dwar it-talba biex issir inkjesta pubblika dwar Jean Paul Sofia u qal li l-gvern għadu ma tkellem xejn ħlief kliem fieragħ. Hu qara ittra li omm Jean Paul Sofia bagħtet lid-deputati kollha fejn qalet li riedet tgħaddi messaġġ ġenwin u tixtieq ġustizzja u infurzar ta’ liġijiet li diġà hemm fil-kostruzzjoni.
Omm Jean Paul qalet li trid li jkunu evitati imwiet biex l-ebda ġenitur ma jgħaddi minn dan id-dulur. Fl-ittra intqal li Jean Paul kien tfajjal b’qalbu tajba u li kien innoċenti u vittma ta’ sistema imnawwra ta’ infurzar. Hi qalet li tixtieq inkjesta pubblika u l-poplu jridha wkoll.
Min se jismgħani jekk mhux intom ir-rappreżentanti tan-nies? staqiset omm Jean Paul, li sostniet li l-poplu m’għandux jiċċaħħad mill-ġustizzja. Fl-ittra intqal li hi ma tistax tieqaf mal-inkjesta maġisterjali biss iżda trid inkejsta pubblika li tagħti t-takkomandazzjonijiet fuq in-nuqqasijiet li hemm fis-sistema.
Fl-ittra, omm Jean Paul appellat biex ikunu evitati iktar imwiet u tbatija u sostniet li hi biss inkjesta pubblika li tista’ twassal għall-ġustizzja amministrattvia u biex il-proċessi dgħajfa jissaħħu.
Omm Jean Paul talbet lid-deputati biex jivvutaw skont il-kuxjenza meta titressaq il-mozzjoni għal inkjesta pubblika u sostniet li l-poplu jrid ġustizzja, trasparenza u kontabbilità.
Possibbli mhux se nitgħallmu mill-iżbalji tal-passat u reġa’ kien hemm l-imwiet fosthom dik ta’ ibni, sostniet omm Jean Paul, li kompliet li binha kien il-ħaruf tas-sagrifiċċju għax binja b’dawk in-nuqqasijiet kollha seta’ kellha konsegwenzi ferm iktar gravi meta waqgħet.
Omm Jean Paul qalet li d-deputati għandhom l-għażla u sostniet li din mhix kwistjoni ta’ kuluri waqt li enfażizzat li hil esta tiltaqa’ ma’ kull min jxitieq jiltaqa’ magħha. Jean Paul hu ċittadin Malti u tifel tagħkom ukoll; tinsewhx, ikkonkludiet Isabelle Bonnici, omm Jean Paul Sofia.
//= $special ?>