PROFILI li jmiss se jkun qed ilaqqana’ ma’ Francis Zammit Dimech fejn se jkun qed ikellimna fuq bosta ġrajjiet li seħħew f’ħajtu, fejn fost l-oħrajn se jirrakonta x’kien ġara fl-Università ta’ Malta meta hu kien għadu President tal-Kunsill Studentesk.
Francis Zammit Dimech se jkun qed ikellimna dwar il-kisbiet li wettaq bħala Ministru f’isem pajjiżna. Investiment li għadu jitgawda sal-lum. Il-profil se jkun qed jgħidilna wkoll dwar il-perjodu l-aktar iebes li għadda minnu.
PROFILI bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, illejla fit-8.30 fuq NET TV.
