Din il-ġimgħa saqsejna lil kelliem tal-Ministeru tal-Intern jekk hux se joħorġu stqarrija dwar it-traġedja li seħħet il-Ħadd, u li fiha mietu numru ta’ immigranti. Iżda minn naħa tal-Ministru Byron Camilleri, qed jiddomina skiet assolut.
Il-każ seħħ fiz-zona ta’ salvataġġ li hi responsabbiltà tal-Libja, għalkemm l-awtoritajiet Taljani qed ikunu akkużati li ma ntervjenewx biex jagħtu l-assistenza.
Il-media Taljana qed tirrapporta kif l-organizzazjoni non-governattiva Alarm Phone kienet infurmat b’din id-dgħajsa kemm liċ-ċentru ta’ kordinament li jinsab f’Ruma u anke lill-awtoritajiet Maltin.
Rapporti oħra qed jindikaw li tnejn mill-feruti inġiebu Malta għal assistenza medika. Iżda dwar dan kollu ma ħarġet ebda stqarrija mill-Gvern jew mill-Ministeru tal-Intern.
Aktar kmieni llum, il-media Taljana kompliet iżżid il-pressjoni tagħha anke fuq pajjiżna u qed jingħad li l-awtoritajiet Maltin “ħallew in-nies imutu.”
Intant, illum stess erġajna kkuntatjana lill-kelliem għall-Ministeru tal-Intern. Iżda xorta bqajna bla risposta.
//= $special ?>