Kolombjana ta’ 23 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza f’Birkirkara.
L-inċident seħħ it-Tnejn għall-ħabta tal-4:00 ta’ waranofsinhar fi Triq Dun Gejtano Mannarino, Birkirkara.
Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li mara mill-Kolombja ta’ 23 sena, intlaqtet minn Ford Kuga li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 31 sena residenti n-Naxxar.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku filwaqt li ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Aktar tard hi ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>