Sport Sport Ieħor

Weightlifting: Aktar rekords nazzjonali minn Tenishia Thornton u Kim Camilleri Lagana

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet l-gћaqda Maltija tal-weightlifting ikompetiet bħala mistiedna ġewwa Franża permezz ta` Tenisha Thornton u Kim Camilleri Lagana.

L-ewwel fuq il-pjattaforma Kim Camilleri Lagana ġabet riżultati mill-aqwa fejn fetħet is-Snatch b’53kg u kompliet it-tentattivi ta’ wara b’55kg u 57kg. Il-ftuħ tal-Clean & Jerk kien ta’ 70kg, u komplit iżżid sa 72kg.  Hija falliet  bi ftit it-tielet tentattiv tagħha ta`74 kg waqt il-Jerk. Hi rnexxielha tistabbilixxi 20 rekord nazzjonali fil-kategorija tal-45kg b’57kg Snatch, 72kilo C&J u żewġ totali ta’ 127kg u 129kg f’ħames gruppi ta’ etajiet differenti, U15, U17, U20, U23 u kbar

Riżultat impressjonanti ieħor wasal minn Tenishia Thornton li bdiet is-Snatch b’ 81kg u b’suċċess kompliet iżżid gћal 83kg u 85kg. Il-ftuħ tal-Clean & Jerk kien ta`101kg, iżda sfortunatament Thornton tilfet il-Jerk fit-tieni tentattiv tagħha ta`104kilo iżda dan ma waqqafiex biex tiżgura t-tilet tentattiv tagħha f’106kilo. Hi rnexxielha tistabbilixxi sitt rekords nazzjonali fil-kategorija ta’ 64kgb’106kg C&J u total ta’ 191kg fi tliet gruppi ta’ etajiet differenti, U20, U23 u kbar.

Din il-kompetizzjoni kienet importanti ħafna għaż-żewġ atleti, issa li jinsabu qrib il-kompetizzjonijiet tagħhom f’livell aktar għoli.

Kim Camilleri Lagana se tikkompeti fil-Kampjonati Dinji taż-Żgħażagħ tal-IWF f’Durres Albanija fis-26 ta’ Marzu filwaqt li Tenishia Thornton se tikkompeti fil-Kampjonati tal-kbar tal-EWF (Avveniment ta’ Kwalifikazzjoni Olimpika)  ġewwa Yerevan l-Armenja fis-17 ta’ April.