Kultura Lokali

Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa u Kunċert Funebri fil-Belt Valletta

L-aħwa Mark u Luke Mifsud, żewġ żgħażagħ ta’ 18 u 13-il sena qed jorganizzaw il-wirja bl-isem ta’ “Kollox Mitmum”.  Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa li se tkun qed tittella’ fil-Kunvent tal-Patrijiet Karmelitani Beltin li jinsab fi Triq il-Punent, il-Belt Valletta.

Il-wirja se tkun miftuħa mill-25 ta’ Marzu sas-7 t’April, fost il-ġimgħa u s-Sibtijiet mill-5pm sad-9pm.  Il-Ħdud bejn it-8am u 12pm u mill-4pm sad-9pm.  Nhar Ħamis ix-Xirka mit-8am sa 12pm u bejn l-4pm u 12am.  Fil-Ġimgħa l-Kbira l-wirja se tiftaħ mit-8am sa 12pm.

Fl-okkażjoni tal-ftuħ ta’ din il-wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa, nhar is-Sibt 25 ta’ Marzu, se jsir kunċert ta’ marċi funebri ta’ diversi komposituri magħrufin, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Francois Borg, b’risq id-Dar tal-Providenza.

Il-Kunċert Funebri se jsir fis-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu, l-Belt Valletta fis-7.30pm.