Internazzjonali

Ajruplan militari Russu interċettat fuq l-Estonja

Ritratt: UK MOD

Tikber it-tensjoni fil-Lvant tal-Ewropa hekk kif rapporti internazzjonali qed jindikaw li ajruplan militari Russu spiċċa daħal fl-ispazju tal-ajru tal-Estonja. Dan seħħ f’anqas minn 24 siegħa minn meta fighter jet ieħor tar-Russja baqa’ dieħel fi drone tal-Istati Uniti – fiż-żona tal-Baħar l-Iswed.

Dawn il-movimenti ta’ ajruplani militari qed ikomplu jħassbu lill-Punent, bl-aħħar każ li seħħ viċin Kaliningrad jiġi rappurtat bi promimenza mill-media Ingliża.

Sorsi tal-BBC qed jgħidu li l-ajruplan militari kien sejjer lejn San Pietruburgu, u daħal fl-ispazju tal-ajru tal-Estonja mingħajr ma nforma lill-awtoritajiet f’Tallinn. Immedjatament, l-ajruplan ġie interċettat minn fighter jets Brittanniċi u Ġermaniżi.