Sport Sport Ieħor

Atleti Maltin jieħdu sehem fil-European Throwing Cup f’Leiria, il-Portugall

Fi tmiem il-ġimgħa tlieta mill-aqwa atleti fil-qasam tat-tfigħ ta’ pajjiżna kellhom l-opportunità li jikkompetu mal-aqwa kompetituri Ewropej fil-European Throwing Cup f’Leiria fil-Portugall.

Bradley Farrugia u Luke Micallef ħadu sehem fil-kompetizzjoni tad-discus, u kisbu riżultat ta’ 50.79m u 49.71m rispetivament.

Mireya Cassar, ħadet sehem fil-kompetitizzjoni tal-hammer throw Under 23, u rreġisrat distanza ta’ 51.80.

Din l-esperjenza, appoġġjata minn Sport Malta, il-Kumitat Olimpiku Malti u l-NDSF se tkompli ssaħħaħ il-preparazzjoni ta’ dawn l-atleti għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru f’pajjiżna aktar tard din is-sena.