Sport Sport Ieħor

Attività b’rabta ma’ Pariġi 2024 organizzata mill-KOM u l-Ambaxxata Franċiża f’Malta

Ninsabu 500 ġurnata il-bogħod mill-Ftuħ tal-Olimpijadi – Parigi 2024 u biex jitfakkar dan l-avveniment, l-Ambaxxata ta’ Franza f’Malta, flimkien mal-Kumitat Olimpiku Malti organizzaw attività simbolika b’partecipazzjoni ta’ bosta atleti li jattendu l-Iskola Nazzjonali tal-Isport.

Malta ingħaqdet ma’ 128 ambaxxata jew konsolat ta’ Franza bħala tħejjija għall-Olimpijadi ta’ Parigi fejn flimkien ma’ uffiċjali mill-istess Ambaxxata, kienu preżenti ufficjali mill-Kumitat Olimpiku Malti fosthom il-President Julian Pace Bonello li ndirizza lil partecipanti.

F’din l-attività ipparteċipaw atleti fil-ġinnastika , karate, table-tennis, badminton, taekwondo u basketball.