Lokali Parlament

Il-gvern mhux jaġixxi fuq it-tibdil fil-klima

Eve Borg Bonello, PN

Id-deputat Nazzjonalista Eve Borg Bonello qalet fil-parlament li l-gvern mhux jaġixxi fuq it-tibdil fil-klima.

Eve Borg Bonello qalet li t-tibdil fil-klima hi kwistjoni importanti li fuqha l-gvern għandu jaġixxi flok jinjora lill-esperti li qed jipproponu proposti. Fil-budget il-gvern wera li s-sostenibbiltà mhix fuq l-aġenda. Hi qalet li l-karozzi tal-elettriku għandhom ikunu fuq quddiem fl-aġenda tal-gvern iżdsa dan mhux iseħħ.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gver mhux iżomm il-wegħdi fuq iċ-charging stations u sostniet li l-karozzi elettriċi għandhom ikunu għand iċ-ċittadin u mhux għand min jista’ jaffordja.

Il-Kummissjoni Ewroepa qed tikkritika kontinwament lill-gvern fuq nuqqas ta’ azzjoni. Iċ-ċittadini Maltin qed idumu ħafna biex iħossu l-effetti ta’ dawn id-deċiżjonijiet, qalet id-deputat Nazzjonalista, li kompla li issa l-gvern qed ifalli fit-titjib tas-sotenibbiltà.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li n-nies taf li l-PN qed twissi kontra l-aġir irresponsabbli tal-gvern Laburista.