Lokali Parlament

Il-miljuni lil Steward kellhom jiġu investiti fis-servizzi tas-saħħa

Ritratt: Martin Agius

Stephen Spiteri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal fil-parlament li l-miljuni li l-gvern lil Steward setgħu u kellhom jiġu investiti fis-servizz tas-saħħa.

Stephen Spiteri qal li l-gvern qed jivvota €1 biljun fis-settur tas-saħħa u sostna li l-gvern għandu jinvesti iktar fir-riżorsi umnai biex tlaħħaq mad-domanda tal-kura primarja. Hu sostna li l-kura primarja mhix biss il-polikliniċi iżda tinkludi wkoll is-saħħa mentali u fl-infrastruttura.

Il-popolazzjoni qed tixjieħ u hawn l-isfida tad-dimentia u l-isfida tal-anzjani li jgħixu fil-familji fejn hemm ħafna sfidi. Jeħtieġ struttura adegwata li tindirizza din il-prolema anki f’San Vinċenz; l-isfida hi li li s-sitwazzjoni tkun antiċipata biex l-infrasrtuttra tlaħaħq.

Din hi sfida fl-infermiera u l-carers fejn hemm nuqqasijiet ta’ persuni. L-infermiera ma jistgħu ilaħħqu ma’ numru kbir ta’ pazjenti jew ma’ każi ta’ emerġenza li jinqalgħu fis-swali. Dawn in-nuqqasijiet qed inaqqsu l-kwalità tas-servizz.

Il-pjjiż m’għadux ta’ sptar wieħed, sostna deputat Nazzjonalista, li kompla li kieku San Luqa kien modernizzat, Mater Dei m’għandux il-problemi li hemm illum.

Stephen Spiteri qal li l-infermiera u l-paramediċi ma jistgħu ilaħħqu mal-ammonti kbar ta’ nies li jmorru l-Mater Dei. Hu sostna li m’hemm bżonn li t-tliet sptarijiet jeħgu jingħataw lill-privat għaliex il-Maltin kapaċi jmexxu l-isptarijiet Maltin.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li s-settur tas-saħħa għadu jħares lejn l-isfidi li hemm fis-settur u sostna li għandu jkun hemm proattiv b’investiment fir-riżors uman. Hu semma’ l-hub li l-gvern qed jibni u qal li l-gvern għandu jaddatta ruħu għall-bżonnijiet tar-riżorsi umani biex is-servizzi jkunu jistgħu jingħataw.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-prijorità għandha tingħata lill-persuni vulnerabbli u kompla li jeżistu wkoll nuqqasijiet fil-mediċini u serviziz oħra. Għalhekk il-miljuni li ngħataw lill-Steward u Vitals kellhom ikunu investiti fis-settur tas-saħħa.

Hu appella biex jinbena sptar ġdid għas-saħħa mentali bl-aħjar ambjent u sostna li l-pazjenti bil-kanċer m’għandhomx imorru jittallbu biex dawn jingħataw l-aqwa kura. Fis-servizz tal-IVF u tal-pre-genetic testing, hemm ordni biex ma jkunx hemm il-proċess f’postu u f’ħinu għall-pazjenti li qed jistennew biex jingħataw l-aħjar trattament, sostan d-deputat Nazzjonalista.