Internazzjonali

Il-Pakistan: Inkwiet f’Lahore bil-pulizija jfallu milli jarrestaw lil Imran Khan

Supporters of former Pakistani Prime Minister Imran Khan throw stones towards police during clashes in Lahore, Pakistan, March 15, 2023. REUTERS/Mohsin Raza

Il-Kap Ewlieni tal-Oppożizzjoni, Imran Khan, irnexxielu jiżgiċċa t-tentattivi mill-awtoritajiet Pakistani biex hu jinżamm taħt arrest u wara li s-sostenituri tiegħu ġġieldu mal-pulizija fil-belt ta’ Lahore. Dan ukoll meta Khan qed jiffaċċja allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni relatati maż-żmien meta hu kien imexxi lil dan il-pajjiż.

Iz-zona ta’ Lahore viċin ir-residenza ta’ Khan fl-aħħar sigħat kienet relattivament kwieta wara battalji fit-tul bejn il-Pulizija u s-sostenituri ta’ Khan li ħalfu li jiddefenduh kontra l-arrest akkost ta’ kollox.

Intant, kellha tfalli l-azzjoni inizjali tal-Pulizija biex jieħdu lil Imran Khan taħt idejhom wara li hu ma preżentax ruħu l-qorti biex iwieġeb għal akkużi dwar bejgħ ta’ rigali tal-Istat għall-gwadann personali.

Khan, li kien tkeċċa minn Prim Ministru f’April, qed jgħid li l-każ kontra tiegħu hu motivat minn aġenda politikam waqt li l-uffiċjali Pakistani, issa, qalu li l-impenji għall-arrest tal-eks Prim Ministru jinsabu sospiżi għal żmien temporanju.