Lokali Qorti

Il-Prosekuzzjoni tiddikjara li għalqet il-provi fuq il-job fantażma ta’ Melvin Theuma – Id-difiża titlob l-isfilz tax-xhieda

Il-Prosekuzzjoni fil-każ tal-job fantażma li ngħata lill-Melvin Theuma iddikjarat li ma baqalhiex aktar provi xi tressaq fil-konfront ta’ ħamest irġiel akkużati li rranġaw lil Melvin Theuma biex jieħu pagi mingħand il-Ġvern għal xogħol fantażma iddikjarat li ma baqalhiex aktar provi xi tressaq.

Sadanittant peress li Melvin Theuma ma riedx joqgħod għall-kontro-eżami, biex ma jinkriminax lilu nniffsu, d-difiża talbet biex tiġi sfilzata l-istqarrija ta’ Theuma li hu ta fl-inkjesta. Keith Schembri, l-eks chief of staff fl-Uffiċċju tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat u Yorgen Fenech, flimkien mal-eks kap tal-customer care kap fl-uffiċċju tal-Prim Ministru Sandro Craus, l-eks Segretarju privat fil-Ministeru tal-familja Anthony Ellul u l-eks CEO ta’ Housing Maintenance and Embellishment Co Ltd Anthony Muscat huma akkużati b’serq u miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi.

Wara li l-Prosekuzzjoni ddikjarat li m’għandhiex aktar provi xi tressaq l-Avukat Stefano Filletti għad-difiża talab li l-isfilz tax-xhieda ta’ Melvin Theuma fl-inkjesta. Tenna li l-ġurisprudenza tagħti dritt għal smigħ xieraq u dan huwa kkonfermat ukoll minn diversi sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Appell.

Huwa qal li dak iż-żmien il-Qorti kienet qed taġixxi bħala waħda struttorja u ma kellhiex l-awtorità u l-kompetenza li tiddeċiedi. L-Avukat Filletti qal li Melvin Theuma hu xhud li kapaċi jixhed u għalhekk ix-xhieda preċedenti tiegħu għandha tiġi skartata.

Dan il-fatt huwa wkoll nuqqas ta’ l-istat li ma joqgħox għall-kontro eżami fejn huwa sagrosant għall-imputat li jkollu smigħ xieraq mhux biss skont il-Kostituzzjoni imma wkoll skont il-Konvenzjoni Ewropea. L-Avukat kompla jgħid li Melvin Theuma huwa mwieled Malta u skont il-media lokali jinsab taħt solveljanza u li mhuwiex bniedem maħrub mill-pajjiż.

Qal li għal dawn ir-raġunijiet jekk mhux se joqgħod għall-kontro-eżami, kemm ix-xhieda tiegħu u kull referenza għaliha għandha titneħħa mill-provi. L-Avukat Michael Sciriha qabel ma’ dan u qal ukoll li meta jkollok bniedem li xehed fl-inkjesta mingħajr ebda kontroll għax hemm ma jsir l-ebda kontro-eżami. Tenna li biex ikollok proċess ġust Theuma jrid ikun kontrollat skont il-liġi.

L-Avukat tad-difiża kollha qablu ma’ dak li qal l-Avukat Filletti u ma’ li qal l-Avukat Sciriha. Minn naħa tagħha l-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Nicholas Vella u Brian Paul Camilleri opponiet it-talba tad-difiża għax qalet li meta Thuema ġie msejjaħ jixhed, lanqas seta’ jitħarrek bħala xhud, u allura kull dikjarazzjoni li għamel dak inhar hija nulla, u għandu jerġa’ jitħarrek, u jiddikjara xi jrid jagħmel eżatt.

L-Avukat Scirha qal li x-xhieda tiegħu hi mmankata, bl-Avukat Charles Mercieca isemmi t-trapass ta’ żmien u l-biża li xi parrinu diġa mar ifesfislu f’widnejh. Il-każ se jkompli fit-3 ta’ Mejju fl-9.50am hekk kif il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Monica Vella talbet lill-Prosekuzzjoni biex fi żmien 24 siegħa jagħtiha r-raġunijiet skont il-liġi dwar fuq liema bażi qed topponi.

Melvin Theuma kien stqarr li aġixxa bħala l-middleman bejn Yorgen Fenech u George Degiorgio, Alfred Degiorgio u Vince Muscat fl-organizzazzjoni tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, reat li għalih kien irċieva maħfra bi tpattija għax-xhieda tiegħu.

Hu kien xehed. fi proċeduri oħra li fl-1 ta’ Mejju 2017 fejn kien qal li ngħata kuntratt ta’ xogħol mal-Housing Maintenance and Embellishment Co Ltd, li għalih kien ħa salarju minkejja li fil-fatt qatt ma tfaċċa għax-xogħol. L-avukati Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca qed jiddefendu lil Fenech. L-avukati Edward Gatt u Mark Vassallo qed jassistu lil Schembri. L-Avukat Stefano Filletti qed jassisti lil Muscat. L-avukati Vince Micallef u Ryan Ellul qed jirrappreżentaw lil Ellul. Għal Craus dehru l-avukati Michael u Lucio Sciriha.