Lokali Qorti

Degiorgio jerġa’ jitlob ‘prison leave’ din id-darba biex jattendi festin f’għeluq snin bintu

Il-qattiel ta’ Daphne Caruana Galizia George Degiorgio ressaq talba oħra biex jingħata ‘prison leave’, din id-darba biex jattendi għall-festin ta’ għeluq snin bintu aktar tard dan ix-xahar. Degiorgio ippreżenta t-talba fid-9 ta’ Marzu, inqas minn ġimgħatejn wara li l-awtoritajiet tal-ħabs u Imħallef tawh il-leave tal-ħabs biex jattendi għall-magħmudija tan-neputi tiegħu.

Il-kontroversja nqalgħet dwar il-leave tal-ħabs li ngħata meta ritratti ta’ Degiorgio jitbissem b’xarba f’idu, u li skont l-Avukat tiegħu kienet tazza ilma kienu ttellgħu fuq il-midja soċjali mill-qraba tiegħu. Kienu ħafna fosthom il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru tal-Intern Byron Camilleri, li ma kienux qablu dwar dan u ddeskrivew id-deċiżjoni li jingħata leave tal-ħabs ta’ Degiorgio bħala “insensittiva”, u taw it-tort lill-Qrati talli aċċettaw it-talba, anke jekk finalment huwa d-Direttur tal-Ħabs jkollu l-aħħar kelma dwar dan kollu.

L-aħbar tal-aħħar talba ġiet żvelata miċ-Ċentru Ewropew għal-Libertà tal-Istampa u l-Midja u l-Istitut Internazzjonali tal-Istampa. “L-awtoritajiet Maltin għandhom jagħmlu ċert li jagħmel il-ħin tiegħu. Il-ħabs m’għandux ikun lukanda fejn in-nies jidħlu u joħorġu kif iridu,” qal iċ-Ċentru Ewropew għall-Libertà tal-Istampa u l-Midja.

Degiorgio talab permess biex iqatta’ ftit sigħat fil-festin ta’ bintu fit-22 ta’ Marzu. Il-festa se ssir f’residenza fin-naħa t’isfel ta’ Malta. George Degiorgio qed jiskonta 40 sena ħabs wara li ammetta l-qtil ta’ Caruana Galizia. Qed jiskonta wkoll sentenza ta’ ħabs oħra wara li nstab ħati ta’ ħasil ta’ flus.

Degiorgio kien wieħed mit-tliet irġiel li qatlu lill-ġurnalist. It-tnejn l-oħra, jkunu ħuh Alfred u Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu, fejn dawn ammettew ukoll għall-qtil. Bħalissa hu qed jistenna wkoll lo jgħaddi ġuri għall-involviment tiegħu fil-qtil tal-avukat Carmel Chircop. It-talba saret mill-Avukati tiegħu Noel Bianco u Leslie Cuschieri.