Kultura Lokali

Inawgurat bust tal-Beatu Carlo Acutis fil-Knisja ta’ Ġieżu r-Rabat

Ritratt: Sebio Aquilina

Fl-aħħar jiem ġie inawgurat bust tal-Beatu Carlo Acutis li tqiegħed fil-Knisja Santa Marija ta’ Ġesù (ta’ Ġieżu), fir-Rabat, Malta.

Ix-xogħol fuq il-bust sar mill-artist Adonai Camilleri Cauchi fejn fid-dettal ħadem biex ta x-Xbieha Relikwarju ta’ Acutis.

L-inawgurazzjoni tax-Xbieha saret it-Tnejn, fil-jum iddedikat liż-żgħażagħ. Qabel l-inawgurazzjoni saret Quddiesa mmexxija minn Patri Joseph Magro flimkien mall-Grupp One Nine Three u l-Grupp Gifra tal-Ħamrun. Il-Quddiesa ġiet animata mill-Kor taż-Żagħżagħ tad-Djoċesi ta’ Għawdex immexxi minn Dorienne Portelli.

Fl-aħħar tal-Quddiesa sar it-tberik u l-inawgurazzjoni tax-Xbieha tal-Beatu.