Instab katavru fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni li ġie rkuprat mill-baħar taħt il-Forti Sant’Iermu kmieni l-Erbgħa filgħodu.
L-identifikazzjoni tal-vittma għadha mhix possibbli, u mistennija tkun l-awtopsja li tistabbilixxi l-identita’ tal-katavru.
Il-katavru ttella’ mill-baħar mill-Forzi Armati ta’ Malta, f’operazzjoni delikata ħafna minħabba li l-baħar fl-inħawi tal-port kien qawwi.
Il-Maġistrat Charmaine Galea fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
Fl-10 ta’ Frar li għadda, raġel Finlandiż ta’ 42 sena, waqa’ fil-baħar fid-daħla ta’ Marsamxett, iżda wara sforzi ntensivi baqa’ ma nstabx.
//= $special ?>