Lokali

RITRATTI: Ipoġġu mijiet ta’ barriers qabel il-protesta ta’ għada

Fil-Belt Valletta tfaċċaw numru kbir ta’ barriers hekk kif jidher li l-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa’ ordna sabiex jagħlaq partijiet estensivi miz-zona tal-Parlament qabel il-protesta li se ssir għada quddiem l-istess Parlament.

Il-portesta bl-isem ‘Tuna Flusna Lura’ ġiet imsejjħa mill-Partit Nazzjonalista.

Għada stess, fil-Parlament se tkun qed tiġi diskussa l-mozzjoni dwar il-kuntratt tat-tliet sptarijiet illi ġie kundannat mill-Qorti – għalkemm illum, Steward appellaw. U fi stqarrija iddeskrivew lil ta’ Vitals bħala “falluti”.