Lokali

Ryanair iżżid erba’ rotot ġodda minn u lejn Malta

Il-kumpanija Ryanair ħabbret li se tkun qed iżżid erba’ rotot tal-ajru ġodda minn u lejn Malta biex b’hekk issa qed toffri total ta’ 66 rotta.

Bejn April u Ottubru, wieħed se jkun jista’ jmur lejn id-destinazzjonijiet ta’ Baden, East Midlands, Memmingen u Stokkolma… bl-aħħar żewġ destinazzjonijiet se jkollhom żewġ titjiriet kull ġimgħa.

Apparti minn hekk…aktar minn 20 rotta oħra li diġa’ kienu qed jiġu offruti ghal pajjiżna, fosthom Barċelona, Katanja, u Vjenna, se jkunu qed jiżdiedulhom il-frekwenza ta’ titjiriet.

Ta’ kull sena, madwar 3.5 miljun passiġġier jaslu f’pajjiżna permezz ta’ titjiriet operati minn Ryanair, filwaqt li l-kumpanija toffri impjieg lil madwar 3,000 persuna.